info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Aġġornament dwar l-issue tal-korsijiet tal-MLI għall-LSEs

February 11, 2020 at 11:47 am

Aġġornament dwar l-issue tal-korsijiet tal-MLI għall-LSEs

L-MUT bħalissa qegħdha f’korrispondenza mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u mal-Malta Leadership Institute (MLI) sabiex tissolva l-issue li hemm pendenti tal-korsijiet għal-LSEs ħalli dawn ikunu aċċettati meta l-LSEs japplikaw għall-gradi rispettivi. Fil-fatt bħala MUT għadna kif ikkonfermajna laqgħa li fiha ser ikun hemm l-MUT mal-Ministeru u l-MLI. L-għan hu li tiġi maqtugħa darba għal dejjem li dan il-kors huwa aċċettat ħalli ma jkunx hemm problemi meta LSEs japplikaw għall-grad il-ġdid wara li jtemmu l-kors b’suċċess.

Tajjeb li nsemmu wkoll li kien id-Direttur tal-MLI stess li wera dubji rigward jekk il-kors tagħhom huwiex ser jiġi aċċettat. Fil-fatt, fil-5 ta’ Frar dan id-Direttur stqarr f’korrispondenza, li l-MUT irċeviet ukoll, li l-kwistjoni għadha ma ġietx iċċarata u li hemm bżonn li toħroġ direzzjoni ċara u bil-miktub li l-kors ser jiġi aċċettat. Kien hawn li l-MUT reġgħet daħlet fl-istorja sabiex tiddefendi lill-membri u tiġi solvuta din l-issue, u aktar minn hekk sabiex ma terġax tirrepeti ruħha fil-futur.

L-MUT ser tkun qed tinforma lill-membri tagħha hekk kif ikun hemm aktar żviluppi. Sadattant nerġgħu infakkru lil kull min be ħsiebu jidħol għal kwalunkwe kors sabiex jiċċekkja u jikkonferma l-kriterji kollha li semmejna HAWN. Kull min jipprovdi korsijiet għandu juri biċ-ċar li għandu l-akkreditazzjoni u l-karti kollha sabiex dawn il-korsijiet jiġu jikonoxxuti u aċċettati mill-awtoritajiet.

Comments are closed.