info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-Iskejjel ta’ Raħal Ġdid – interventi jwasslu għal sospensjoni tal-azzjoni industrijali

February 7, 2020 at 2:41 pm

L-Iskejjel ta’ Raħal Ġdid – interventi jwasslu għal sospensjoni tal-azzjoni industrijali

L-MUT tixtieq tinforma lill-membri li fl-iskejjel ta’ Raħal Ġdid instabet soluzzjoni temporanja dwar il-provvista tal-ilma wara ħidma li saret matul dawn l-aħħar jiem. Dan ġie vverifikat waqt żjara fl-iskejjel. Wara li l-MUT għamlet ir-rapporti u ħadet azzjoni meħtieġa fil-jiem li għaddew, il-Union innutat li ġiet installata sistema tal-ilma temporanja sakemm isiru l-arranġamenti biex ikun hemm soluzzjoni aktar permanenti fl-infrastruttura tal-iskejjel. Filwaqt li l-MUT tirringrazzja lill-membri tax-xogħol li jagħmlu fl-iskejjel minkejja s-sitwazzjonijiet kultant diffiċli, tappella lill-awtoritajiet sabiex jieħdu ħsieb u ma jħallux li affarijiet bħal dawn jerġgħu jiġru.

Għaldaqstant, l-azzjoni industrijali qed tiġi sospiża. Biss l-MUT tirriserva d-dritt li terġa’ tieħu kull azzjoni li hemm bżonn jekk is-soluzzjoni temporanja ma tkunx effettiva jew jekk dik permanenti tieħu fit-tul biex titwettaq. L-MUT tibqa’ għad-dispożizzjoni tal-membri tagħha f’każ ta’ bżonn.

Comments are closed.