November 17, 2022 at 4:26 pm
Sejħa għal Kumitati u Delegati fl-iskejjel u postijiet tax-xogħol
L-MUT ser tkun qed tiġbor informazzjoni minn kull skola jew post tax-xogħol u ser tkun qed twassal l-informazzjoni dwar l-agreements permezz tal-istrutturi tal-kumitati u d-delegati fl-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol.
Għaldaqstant qed issir sejħa għal min huwa interessat jifforma parti mill-kumitat tal-iskola jew post tax-xogħol. Wara li tagħlaq is-sejħa ser ikun hemm laqgħat skedati ta’ informazzjoni u diskussjoni mal-kumitati u delegati dwar l-agreements. Il-parteċipazzjoni ta’ kull skola u post tax-xogħol hi essenzjali sabiex il-fehmiet tal-edukaturi jkunu qed jaslu għand il-union, u kif ukoll sabiex l-informazzjoni dwar l-agreements tasal fl-iskejjel.
Importanti: din il-formola għandha timtela wkoll fejn diġà hemm kumitat jew delegat sabiex l-irwoli jiġu kkonfermati.
Il-formola sabiex wieħed japplika tinsab HAWN. Applikazzjoni ser jiġu aċċettati sal-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022.