info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Sejħa għal Gruppi ta’ Ħidma / Working Groups – Għalliema

November 17, 2022 at 4:39 pm

Sejħa għal Gruppi ta’ Ħidma / Working Groups – Għalliema

L-MUT ser tkun qed twaqqaf gruppi ta’ ħidma f’kull grad sabiex jiddiskutu l-feedback u jaslu għal proċessi fejn jiġu elenkati l-proposti tal-MUT għal dawn l-agreements. Il-Gruppi ta’ ħidma, li ser ikunu assistiti mill-uffiċjali u r-rappreżentanti tal-kunsill, ser ikunu qed jiltaqgħu mill-bidu tal-proċess tan-negozjati u jkomplu bil-ħidma sal-implimentazzjoni tal-agreements. Gruppi ta’ ħidma speċifiċi oħra ser ikunu qed jitwaqqfu skont il-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi ta’ edukaturi.

Din il-formola hija għall-grupp ta’ ħidma għall-grad ta’ GĦALLIEMA.

Il-formola sabiex wieħed japplika tinsab HAWN. L-applikazzjonijiet ser jiġu aċċettati sal-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022. In-numru ta’ parteċipanti huwa limitat u ser jiġi stabbilit skont l-ordni tan-nomini li jaslu għand l-MUT.

Comments are closed.