info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Prinċipal imur kontra d-direzzjoni maħruġa mill-OPM

March 4, 2020 at 12:46 pm

Prinċipal imur kontra d-direzzjoni maħruġa mill-OPM

F’korrispondenza li ntbagħtet lill-kapijiet tal-iskejjel mill-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Tereża, jidher biċ-ċar li l-Prinċipal m’huwiex qiegħed isegwi d-direzzjoni mogħtija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM), Ministeru tas-Saħħa u l-Ministeru tal-Edukazzjoni. Fil-fatt m’huwiex minnu li ser jitħallas biss għall-perjodu tal-kwarantina min kien imsiefer fuq xogħol biss. L-MUT tikkundanna dan l-aġir, li ġie rrapurtat lill-awtoritajiet edukattivi, fejn talbet li tiġi rtirata din il-komunikazzjoni b’mod immedjat. L-MUT talbet ukoll li jittieħdu passi fil-kontront tal-imsemmi Prinċipal.

Comments are closed.