info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Proċedura għall-iskejjel fejn hemm talba għal ċaqliq fil-ħinijiet tal-ftuħ u għeluq

March 4, 2020 at 1:26 pm

Proċedura għall-iskejjel fejn hemm talba għal ċaqliq fil-ħinijiet tal-ftuħ u għeluq

L-MUT irċiviet talba mill-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar ċaqliq ta’ ħinijiet ta’ numru ta’ skejjel tal-istat. Dawn huma l-Primarja tal-Mellieħa u dik f’tas-Sliema, u l-iskejjel Medji tan-Naxxar u ta’ Ħal Kirkop.

L-MUT ssostni l-pożizzjoni li ttieħdet fil-passat, jiġifieri li biex ikun hemm bdil fil-ħinijiet, l-edukaturi KOLLHA tal-iskola jridu jkunu qegħdin jaqblu. Għaldaqstant il-ħinijiet ser jinbidlu biss f’dawk l-iskejjel fejn ikun sar eżerċizzju mill-iskola sabiex tintalab il-pożizzjoni tal-edukaturi kollha tal-iskejjel konċernati u r-riżultat ikun unanimu. Ovvjament l-MUT tixtieq iżżid li qatt m’hi ser taċċetta li l-ħinijiet jitwalu, u l-informazzjoni li għandha l-MUT hi li dan iċ-ċaqliq bi ftit minuti qed isir bi skop biex jiġi ffaċilitat loġistikament il-ftuħ u l-għeluq tal-iskola u tal-edukaturi. L-MUT qegħda tiddiskuti direttament mal-iskejjel konċernati u l-Ministeru biex jiġi konkluż x’ser isir.

Comments are closed.