info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tieħu l-passi neċessarji kontra min jaħdem kontra l-interessi tal-edukaturi u l-istudenti

March 11, 2020 at 1:09 pm

L-MUT tieħu l-passi neċessarji kontra min jaħdem kontra l-interessi tal-edukaturi u l-istudenti

L-MUT qed tinnota li xi uffiċjali li għandhom responsabbiltajiet kemm fl-iskejjel, fid-Dipartiment u fil-Ministeru, m’humiex qegħdin jirrispettaw id-direttivi maħruġa mill-MUT li huma ntiżi biex jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi u l-istudenti fl-iskejjel. Jidher biċ-ċar li dawn qegħdin jaħdmu kontra l-interessi tal-edukaturi u l-istudenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għaldaqstant l-MUT tavża li b’effett immedjat ser tkun qed tieħu l-passi kollha neċessarji inkluż dawk legali kontra kull individwu imsemmi hawn fuq. Dan sabiex nassiguraw li l-għola standards ta’ saħħa u sigurtà fl-iskejjel jiġu rispettati.

Comments are closed.