info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT titlob laqgħa mal-Prim Ministru dwar l-għeluq tal-iskejjel

March 11, 2020 at 3:14 pm

L-MUT titlob laqgħa mal-Prim Ministru dwar l-għeluq tal-iskejjel

L-MUT qiegħda titlob laqgħa urġenti mal-Prim Ministru fid-dawl tal-iżviluppi tal-COVID-19. Dan wara li evalwat is-sitwazzjoni fl-iskejjel fejn dak kollu li għaddej, partikolarment il-miżuri li qegħdin jittieħdu fil-pajjiż, qed ikollhom effett dirett fuq l-iskejjel. In-nuqqas ta’ azzjoni li qed tittieħed mill-awtoritajiet fl-iskejjel qed twassal għal sitwazzjonijiet ta’ paniku li hija insostenibbli fejn ċertu skejjel jirrapurtaw li kellhom attendenza biss sa 40% tal-istudenti. L-MUT tħoss li għandha tibda diskussjoni immedjata u urġenti li għandha twassal għall-għeluq tal-iskejjel għal perijodu ta’ żmien li jiġi stabbilit. L-MUT qed tagħmel din it-talba b’responsabbiltà kbira u konxja mill-implikazzjonijiet kollha li tali deċiżjoni ġġorr magħha. Għaldaqstant qiegħda titlob li jkun hemm id-diskussjoni kollha neċessarja sabiex ma jsirux żbalji li minnhom il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jbati l-konsegwenzi.

Comments are closed.