January 15, 2020 at 3:30 pm
L-MUT tawgura lill-Ministru l-ġdid tal-Edukazzjoni
L-MUT tifraħ lill-Onor. Dr Owen Bonnici li għadu kif inħatar bħala l-Ministru l-ġdid tal-Edukazzjoni aktar kmieni llum. L-MUT tawguralu filwaqt li tħeġġeġ li d-diskussjoni tissokta minnufih. L-isfidi tas-settur huma ħafna u allura hemm bżonn li nxammru l-kmiem immedjatament għall-ġid tal-edukaturi, l-istudenti u s-soċjetà kollha. Għaldaqstant il-Union ser tkun qed titlob laqgħa sabiex fiha jiġu elenkati l-issues u t-tħassib eżistenti.
L-MUT tieħu l-okkażjoni wkoll biex tirringrazzja lill-Onor. Ministru Evarist Bartolo għax-xogħol tiegħu. Fis-snin kemm dam Ministru kellna diversi kisbiet fil-qasam u għandna nkomplu nibnu fuqhom.