info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018

October 17, 2018 at 2:07 pm

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar lill-edukaturi rigward il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018, li ser isir f’Novembru li ġej mill-Erbgħa, 7 sal-Ħadd 11 fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (Mediterranean Conference Centre), il-Belt Valletta.

L-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa filgħodu tal-Festival ikunu ddedikati għall-istudenti minn madwar Malta u Għawdex bi programm edukattiv maħsub għalihom. Din id-darba l-KNK qed iħeġġeġ lill-edukaturi jikkordinaw mal-istudenti tagħhom biex min jattendi l-Festival jiġi liebes kostum u/jew aċċessorji ispirati minn xi temi, stejjer jew karattri letterarji. Aparti dan ser jerġa’ jitqassam voucher li jiswa €3 lil kull student/a li j/tattendi l-Festival fil-ħinijiet ta’ filgħodu mal-iskola rispettiva. Il-bookings għandhom jintbagħtu lil Simona Cassano fuq simona.cassano@gov.mt sal-20 t’Ottubru 2018. Aktar informazzjoni mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, inkluż kif tapplika u dwar it-trasport, issibuha fiċ-Ċirkolari kompluta HAWN.

L-MUT tingħaqad mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sabiex tħeġġeġ lill-edukaturi jżuru l-festival, kemm billi jagħtu opportunità lill-istudenti tagħhom u anki għalihom personali. Il-programm komplut tal-attivitajiet kollha tal-festival inkluż dawk ta’ filgħaxija ssibuhom ktieb.org.mt.

Comments are closed.