info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
VIDEO: Għid tiegħek fil-ftehim tiegħek – informazzjoni għall-membri tal-MUT – Kumitati-Delegati-Gruppi ta’ Ħidma

December 2, 2022 at 9:06 am

VIDEO: Għid tiegħek fil-ftehim tiegħek – informazzjoni għall-membri tal-MUT – Kumitati-Delegati-Gruppi ta’ Ħidma

L-MUT ħejjiet dan il-filmat sabiex tisjega aħjar il-proċess li ser iwassal għall-Ftehim Settorali/Kollettiv 2023-2027. Importanti li l-membri kollha jarawh u jipparteċipaw kif jistgħu fin-numru ta’ strutturi tal-union. Dan huwa l-filmat:

Kumitati u Delegati fl-iskejjel u postijiet tax-xogħol

L-MUT qed tiġbor informazzjoni minn kull skola jew post tax-xogħol u ser tkun qed twassal l-informazzjoni dwar l-agreements permezz tal-istrutturi tal-kumitati u d-delegati fl-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol.

Importanti: din il-formola għandha timtela wkoll fejn diġà hemm kumitat jew delegat sabiex l-irwoli jiġu kkonfermati. Il-formola sabiex wieħed japplika tinsab HAWN. Applikazzjoni ser jiġu aċċettati sal-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022DATA ESTIŻA sad-9 ta’ Jannar 2023.

Gruppi ta’ ħidma (għal kull grad)

L-MUT qed twaqqaf gruppi ta’ ħidma f’kull grad sabiex jiddiskutu l-feedback u jaslu għal proċessi fejn jiġu elenkati l-proposti tal-MUT għal dawn l-agreements.

Il-formoli sabiex wieħed japplika huma dawn:
– Għalliema – idħol HAWN.
– Kindergarten Educators (KGEs) – idħol HAWN.
– Learning Support Educators (LSEs) – idħol HAWN.
– Heads of Department (HODs) – idħol HAWN.
– Assistant Heads (AHs) – idħol HAWN.
– Education Officers (EOs) – idħol HAWN.
– Heads of School (HOS) – idħol HAWN.

L-applikazzjonijiet ser jiġu aċċettati sal-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022DATA ESTIŻA sad-9 ta’ Jannar 2023. In-numru ta’ parteċipanti huwa limitat u ser jiġi stabbilit skont l-ordni tan-nomini li jaslu għand l-MUT.

Comments are closed.