info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Jibdew in-Negozjati għall-Ftehim Settorali Ġdid

December 2, 2022 at 4:19 pm

Jibdew in-Negozjati għall-Ftehim Settorali Ġdid

Bi pjaċir inħabbru li kmieni llum waranofsinhar saret laqgħa bejn uffiċċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, immexxija mis-Segretarju Permanenti Matthew Vella, mal-Malta Union of Teachers, immexxija mill-President Marco Bonnici, u ma’ uffiċċjali tal-Industrial Relations Unit immexxija mis-Sur Thomas Woods u s-Sur Mario Grixti.

Matul din il-laqgħa ingħata bidu għad-diskussjonijiet dwar il-Ftehim Settorali l-Ġdid. Il-ftehim jinkludi l-LSEs, KGEs, Għalliema, HODs, Assistant Heads, EOs u Heads of School flimkien ma’ numru ta’ gradi oħra. Huwa ppjanat li d-diskussjonijiet jitkomplew fuq bażi regolari matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Comments are closed.