info@mut.org.mt   21237815 / 21222663

Category Archives: Press Release

L-MUT f’laqgħat mal-Ministeru u l-awtoritajiet tas-Saħħa dwar il-protokolli

August 28, 2020 at 9:35 am

L-MUT f’laqgħat mal-Ministeru u l-awtoritajiet tas-Saħħa dwar il-protokolli

Illum l-MUT qed tattendi laqgħat mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u mas-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika fejn qed tiġi mgħarrfa dwar il-protokolli tas-saħħa li qed jiġu mħejjija għall-iskejjel. Dan hu pass importanti sabiex l-edukaturi jkollhom l-istampa ċara dwar is-sitwazzjoni. Għaldaqstant, fid-dawl tal-informazzjoni li qed tasal, l-MUT ser tkun qed tlaqqa’ l-Kunsill tagħha nhar it-Tnejn filwaqt li ser tiltaqa’ […]

read more »
L-MUT mhux ser tħalli lill-Ministeru jgħaddi romblu minn fuq l-edukaturi

August 25, 2020 at 12:02 pm

L-MUT mhux ser tħalli lill-Ministeru jgħaddi romblu minn fuq l-edukaturi

Wara li l-MUT talbet li l-Gvern joħroġ il-protokolli sabiex kulħadd ikun preparat sew dwar kull xenarju possibbli rigward il-ftuħ tas-sena skolastika, jidher li f’daqqa waħda l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol irid iħaffef iI-proċess u joħroġ il-protokolli nhar il-Ġimgħa li ġej. L-MUT kellha laqgħa lbieraħ dwar is-sitwazzjoni u fl-ebda ħin ma rajna jew ma ssemma li l-protokolli […]

read more »
Stqarrija: Żommu l-impatt fuq it-tagħlim tat-tfal u ż-żgħażagħ quddiem għajnejkom – l-MUT b’appell

August 5, 2020 at 12:54 pm

Stqarrija: Żommu l-impatt fuq it-tagħlim tat-tfal u ż-żgħażagħ quddiem għajnejkom – l-MUT b’appell

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-pandemija COVID-19 kif evolviet f’dawn l-aħħar jiem, il-Malta Union of Teachers (MUT) tappella sabiex kulħadd jerfa’ r-responsabbiltà ta’ kull deċiżjoni li tittieħed. Kull azzjoni jaf ikollha impatt fuq it-tagħlim tal-istudenti, partikolarment fuq deċiżjoni kbira bħal dik jekk jiftħux l-iskejjel minn Settembru li ġej. L-MUT qed tagħmel dan l-appell b’responsabbiltà kbira f’isem l-edukaturi. It-traskuraġni, […]

read more »
Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja – stħarriġ mill-MUT jindika li l-edukaturi qed iqattgħu aktar sigħat ta’ xogħol u l-pandemija qed tħalli impatt psikoloġiku

May 29, 2020 at 12:35 pm

Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja – stħarriġ mill-MUT jindika li l-edukaturi qed iqattgħu aktar sigħat ta’ xogħol u l-pandemija qed tħalli impatt psikoloġiku

L-istħarriġ huwa parti mit-tnedija ta’ rivista ġdida għall-edukaturi bit-titlu “Il-Ħsieb” Wara li għalqu l-iskejjel f’Marzu 2020 u kien hemm bidla immedjata lejn tagħlim online, l-MUT irċeviet informazzjoni konsistenti mill-membri dwar l-impatt fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-edukaturi. Filwaqt li l-edukaturi komplew jipprovdu l-aqwa esperjenza edukattiva lill-istudenti fiċ-ċirkustanzi, l-isforz involut biex iċċaqalqu r-riżorsi għal pjattaformi […]

read more »
UPDATED: MUT to meet Education Minister regarding Skolasajf – requests risk assessments for each centre

May 27, 2020 at 11:08 am

UPDATED: MUT to meet Education Minister regarding Skolasajf – requests risk assessments for each centre

The MUT shall be meeting the Minister for Education and Employment, Hon. Owen Bonnici, this week to discuss the Ministry’s proposed opening of Skolasajf. The MUT shall be voicing its concerns regarding the proposed opening, particularly the safeguards being taken to ensure hygiene and social distancing, and thus the well-being of educators and students. Although […]

read more »
Aġġornament dwar it-‘think tank’

May 14, 2020 at 10:08 am

Aġġornament dwar it-‘think tank’

Wara t-twaqqif tat-‘think tank’ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ilbieraħ, li wasslet għal reazzjoni tal-MUT u l-edukaturi, il-Ministeru kkuntattja lill-MUT sabiex joffri post f’dan it-‘think tank’. Din hija l-pożizzjoni tal-MUT f’dan ir-rigward: – l-MUT xorta għandha problema bil-mod kif saru l-affarijiet u bil-persuni li ntgħażlu, li għalkemm huma esperti fil-qasam tagħhom, dawn mhumiex rappreżentattivi tal-qasam edukattiv; […]

read more »
It-tnedija ta’ ‘think tank’ dwar il-futur tal-edukazzjoni mingħajr rappreżentanza tal-edukaturi

May 13, 2020 at 1:36 pm

It-tnedija ta’ ‘think tank’ dwar il-futur tal-edukazzjoni mingħajr rappreżentanza tal-edukaturi

L-MUT tagħmel referenza għal ‘think tank’ li għadu kif nieda l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol dwar il-futur tal-edukazzjoni fiċ-ċirkustanzi tal-COVID-19 u lil hinn. L-MUT tinnota li dan it-‘think tank’ kien qiegħed jinħema minn wara dahar kulħadd, inkluż l-MUT u l-imsieħba l-oħra, fejn l-MUT mhix involuta f’dan il-forum. Għaldaqstant l-MUT ma tirrikonoxxix dan il-grupp ta’ ħidma li […]

read more »
L-edukaturi jieħdu l-grazzi: oġġezzjoni għal dak li ntqal illum fil-konferenza tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

May 8, 2020 at 1:27 pm

L-edukaturi jieħdu l-grazzi: oġġezzjoni għal dak li ntqal illum fil-konferenza tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

B’referenza għal dak li qed jiġi rappurtat dwar laqgħa virtwali, li saret bejn studenti, rappreżentanti tagħhom u l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, ħareġ ċar li x-xogħol tal-edukaturi, fejn qed jagħmlu minn kollox sabiex jilħqu lill-istudenti, m’hux qed jiġi apprezzat. Dan b’referenza għat-talba li saret minn rappreżentanti tal-istudenti, sabiex edukaturi ma jibgħatux xogħol lill-istudenti matul il-lejl. L-MUT […]

read more »