info@mut.org.mt   21237815 / 21222663

Category Archives: Press Release

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-GVERN, IL-MALTA UNION OF TEACHERS, IS-SEGRETARJAT GĦALL-EDUKAZZJONI NISRANIJA, L-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISKEJJEL TAL-KNISJA U L-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISKEJJEL INDIPENDENTI

January 8, 2021 at 5:27 pm

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-GVERN, IL-MALTA UNION OF TEACHERS, IS-SEGRETARJAT GĦALL-EDUKAZZJONI NISRANIJA, L-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISKEJJEL TAL-KNISJA U L-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISKEJJEL INDIPENDENTI

Aktar kmieni llum saret laqgħa oħra bejn il-Prim Ministru, il-Ministru għall-Edukazzjoni u s-Segretarju Permanenti, flimkien mal-Malta Union of Teachers, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti. Matul il-laqgħa saret preżentazzjoni tas-sitwazzjoni tal-pandemija u l-effett fuq l-iskejjel mill-Professur Charmaine Gauci, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Intalbet ukoll l-assistenza ta’ Dr Vincent Marmarà sabiex il-partijiet ikollhom […]

read more »
L-istrajk tal-MUT suċċess kbir – l-MUT tistenna li l-analiżi tas-sitwazzjoni li ssemmiet mill-awtoritajiet tas-saħħa ssir minnufih

January 7, 2021 at 9:43 am

L-istrajk tal-MUT suċċess kbir – l-MUT tistenna li l-analiżi tas-sitwazzjoni li ssemmiet mill-awtoritajiet tas-saħħa ssir minnufih

L-MUT tinstab f’pożizzjoni li tiddikjara li l-istrajk li beda dalgħodu fl-iskejjel huwa ta’ suċċess kbir. Dan juri biċ-ċar li l-edukaturi m’humiex lesti li jitmexxew fid-dlam minn Ministru irresponsabbli meta s-sitwazzjoni tal-pandemija timmerita analiżi u azzjoni, kif qalu l-awtoritajiet tas-saħħa stess fil-konferenza stampa tal-bieraħ, sabiex kulħadd ikollu s-serħan tal-moħħ li l-iskejjel huma siguri. L-MUT, għaldaqstant, tappella […]

read more »
Tilwima industrijali u strajk ta’ jumejn – MUT

January 6, 2021 at 8:02 pm

Tilwima industrijali u strajk ta’ jumejn – MUT

B’referenza għall-komunikazzjoni maħruġa aktar kmieni llum mill-MUT, fejn il-union żvelat li l-Ministeru tal-Edukazzjoni njora pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-ftuħ tal-iskejjel, l-MUT issostni li: – L-awtoritajiet tas-saħħa fl-ebda ħin ma ċaħdu li kien hemm dan il-parir;– Il-Ministeru tal-Edukazzjoni baqa’ mistoħbi fid-dawl tas-sitwazzjoni;– Aktar skejjel, inkluż dawk tal-Knisja, qed jagħżlu li ma jiftħux il-bibien tagħhom minn għada […]

read more »
Il-Ministeru jinjora l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-ftuħ tal-iskejjel – l-MUT lesta tagħti struzzjonijiet lill-membri

January 6, 2021 at 12:13 pm

Il-Ministeru jinjora l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-ftuħ tal-iskejjel – l-MUT lesta tagħti struzzjonijiet lill-membri

L-MUT ġiet infurmata li l-awtoritajiet tas-saħħa taw parir lill-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex l-iskejjel ma jinfetħux. Dan qiegħed isir fid-dawl ta’ żieda qawwija ta’ każijiet pożittivi proġettati li pajjiżna ser jesperjenza fil-ġranet li ġejjin. Din l-informazzjoni, li waslet lill-MUT f’dawn is-sigħat, ġiet ikkonfermata minn numru ta’ sorsi differenti. Jidher, iżda, li l-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jinjora dan il-parir […]

read more »
Stqarrija: Il-ħidma tal-edukaturi ma tistax tisfa vittma ta’ deċiżjonijiet politiċi

November 24, 2020 at 9:45 am

Stqarrija: Il-ħidma tal-edukaturi ma tistax tisfa vittma ta’ deċiżjonijiet politiċi

Fid-dawl tal-bidla fit-tmexxija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni kif imħabbra fi tmiem il-ġimgħa, l-MUT hi mħassba ferm dwar ir-rabta li qed tipprova tintiseġ li tali bidla hi dovuta għal falliment fil-qasam edukattiv. Il-qasam edukattiv altru milli falla, u xhieda ta’ dan hi l-ħidma sfieqa u kontinwa tal-edukaturi li kemm f’Marzu u fix-xhur ta’ wara mid-djar kif ukoll fil-perjodu […]

read more »
L-MUT tawgura lill-Onor. Justyne Caruana u tirringrazzja lill-Onor. Owen Bonnici

November 21, 2020 at 7:46 pm

L-MUT tawgura lill-Onor. Justyne Caruana u tirringrazzja lill-Onor. Owen Bonnici

Hekk kif tħabbar li l-Onor. Justyne Caruana ser tinħatar Ministru għall-Edukazzjoni, l-MUT tixtieq tawgura lill-Onor. Caruana filwaqt li tħares ‘il quddiem għal ħidma fejjieda fil-qasam edukativ sabiex ikomplu jitħarsu u jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi u jkomplu joffru l-aqwa esperjenza edukattiva lill-istudenti. L-MUT tixtieq tirringrazzja formalment lill-Onor. Owen Bonnici, li sab mill-ewwel għadma iebsa fil-qasam edukattiv […]

read more »
L-MUT tappella sabiex il-miżuri stretti fl-iskejjel jibqgħu jinżammu matul il-weekend li ġej u l-ġranet ta’ wara

October 28, 2020 at 12:10 pm

L-MUT tappella sabiex il-miżuri stretti fl-iskejjel jibqgħu jinżammu matul il-weekend li ġej u l-ġranet ta’ wara

Informazzjoni li qed tasal għand l-MUT tindika li xi wħud qed jorganizzaw festini li ser isiru matul tmiem il-ġimgħa li ġejja, partikolarment relatati mal-Halloween. Filwaqt li l-MUT tifhem li fejn hu possibbli għandna nkomplu nfittxu n-normalità fl-attivitajiet li jsiru kemm għall-adulti, żgħażagħ u tfal, il-union hija mħassba ferm dwar sitwazzjonijiet fejn gruppi ta’ tfal, żgħażagħ […]

read more »
Reazzjoni inizjali tal-MUT: Baġit li jagħraf l-isfidi tal-pandemija iżda limitat ħafna fil-qasam edukattiv

October 19, 2020 at 8:12 pm

Reazzjoni inizjali tal-MUT: Baġit li jagħraf l-isfidi tal-pandemija iżda limitat ħafna fil-qasam edukattiv

L-MUT tosserva li dan il-baġit huwa wieħed differenti ħafna min-normal minħabba ċ-ċirkustanzi kollha li nqalgħu fl-2020. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-pandemija, flimkien ma’ proġetti ta’ titjib tal-infrastruttura fl-iskejjel, jiswew il-flus u jidher li din kienet l-enfażi tal-gvern għal dan il-baġit. L-MUT temmen, iżda, li l-gvern għandu jħares lil hinn mir-restrizzjonijiet tal-pandemija u jagħti direzzjoni lis-settur flimkien […]

read more »
Attitudni ta’ disrispett jekk il-miżuri fis-soċjetà ma jiżdidux u ma jiġux infurzati

October 14, 2020 at 4:16 pm

Attitudni ta’ disrispett jekk il-miżuri fis-soċjetà ma jiżdidux u ma jiġux infurzati

In-numru ta’ każijiet pożittivi tal-COVID-19 li qed ikollna kuljum qed iwasslu għal sitwazzjoni fejn l-iskejjel qed ikollhom pressjoni enormi minn kull qasam. Huwa ċar li r-rata ta’ trasmissjoni tal-virus fil-komunità hija kbira u dan qed iwassal sabiex qed ikollna: – każijiet pożittivi tal-COVID-19 fl-iskejjel; – numru ta’ edukaturi u studenti li qed jinqabdu fi kwarantina; […]

read more »