info@mut.org.mt   21237815 / 21222663

Category Archives: Press Release

MUT meets new Minister for Education and Sports

December 28, 2021 at 10:49 am

MUT meets new Minister for Education and Sports

MUT Officials held a courtesy meeting with the new Education and Sports Minister, Hon. Dr Clifton Grima. The meeting was held within hours of the announcement of the appointment of the new Minister. Both parties held preliminary discussion about the education sector, which is represented by MUT, its immediate and future challenges. The union congratulated […]

read more »
Il-ħażin ma tista’ qatt tgħidlu tajjeb – reazzjoni għar-riżenja tal-Ministru Justyne Caruana

December 22, 2021 at 2:26 pm

Il-ħażin ma tista’ qatt tgħidlu tajjeb – reazzjoni għar-riżenja tal-Ministru Justyne Caruana

L-MUT kienet qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni dwar ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-konfront tal-Ministru Caruana u rapporti fil-midja tal-każ. Kien ċar mill-bidu nett, u ferm qabel ma ħareġ ir-rapport, li d-deċiżjoni li l-Ministru tagħti kuntratt lil persuna qrib tagħha kienet waħda ħażina. Ir-rapport tal-Kummissarju George Hyzler ikkonferma li l-Ministru kisret il-kodiċi tal-etika tal-Membri Parlamentari, u għaldaqstant ma […]

read more »
Il-Ministeru ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kurrikulu nazzjonali u s-sillabi – reazzjoni tal-MUT għat-tħabbira tal-Ministru dwar tibdil fil-kurrikulu

December 9, 2021 at 9:27 am

Il-Ministeru ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kurrikulu nazzjonali u s-sillabi – reazzjoni tal-MUT għat-tħabbira tal-Ministru dwar tibdil fil-kurrikulu

It-tħabbira tal-Ministru tal-Edukazzjoni nhar it-Tlieta waqt attività, fejn semmiet li l-kurrikulu nazzjonali ser ikun qiegħed jinbidel minħabba l-pandemija, tqajjem ħafna mistoqsijiet. Dan wara li l-istess Ministeru, ftit tas-snin ilu, ma baqax ilaqqa’ l-bord magħruf bħala l-NCF Board, li kien qed iħares u jirrivedi l-implimentazzjoni tal-kurrikulu. Dan il-bord kien ħareġ mill-istess dokument, imsejjaħ “Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali […]

read more »
Stqarrija: Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jitlef il-mandat kontra l-MUT u l-edukaturi

October 14, 2021 at 1:48 pm

Stqarrija: Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jitlef il-mandat kontra l-MUT u l-edukaturi

F’digriet maħruġ mill-qorti aktar kmieni llum, il-qorti ċaħdet il-mandat ta’ inibizzjoni li pprova jagħmel il-Ministeru tal-Edukazzjoni kontra l-MUT u l-edukaturi. Il-qorti rrikonixxiet id-dritt li l-MUT tordna direttivi, liema dritt ipprova jittieħed mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Ħadd, inkluż il-Ministeru, mhuwa ser jagħmel sarima mal-MUT u l-edukaturi. Il-Union ser tkun qed tkompli ssegwi s-sitwazzjoni tal-każijiet ta’ transfers fil-Primarja u […]

read more »
At the heart of education recovery – World Teachers’ Day 2021

October 4, 2021 at 3:12 pm

At the heart of education recovery – World Teachers’ Day 2021

The Malta Union of Teachers is commemorating World Teachers Day 2021, which is held annually on 5th October. This year’s UNESCO World Teachers’ Day has the theme “Teachers at the heart of education recovery”. One and a half years into the COVID-19 crisis, World Teachers’ Day focuses on the support teachers need across the world […]

read more »
Stqarrija: Il-Ministeru tal-Edukazzjoni b’attentat iddisprat biex iċaqlaq l-għalliema fl-aħħar ħin

September 28, 2021 at 5:59 pm

Stqarrija: Il-Ministeru tal-Edukazzjoni b’attentat iddisprat biex iċaqlaq l-għalliema fl-aħħar ħin

Rapporti li qed jidħlu juru l-paniku assolut li jinsab fih il-Ministeru tal-Edukazzjoni hekk kif uffiċjali qed iċemplu lill-għalliema fuq il-mowbajl privat tagħhom u jordnawlhom biex minn għada jirrapurtaw għax-xogħol fi skola oħra. Saħansitra kien hemm telefonati lil partners ta’ għalliema meta l-għalliema ma setgħux jiġu ikkuntattjati mill-Ministeru. Dan huwa attentat iddisprat sabiex il-Ministeru jipprova jgħatti […]

read more »
Żviluppi fil-frattarija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni – attentat ta’ sarima mal-edukaturi u l-MUT

September 27, 2021 at 10:25 am

Żviluppi fil-frattarija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni – attentat ta’ sarima mal-edukaturi u l-MUT

Wara li ilna xhur nisimgħu lill-Ministeru tal-Edukazzjoni jgħid li għandu kollox ippreparat għall-ftuħ tas-sena skolastika, u wara l-insistenza mill-MUT mal-Ministeru sabiex dan il-pjan ikun magħruf u diskuss, il-Ministeru tal-Edukazzjoni nkixef bil-fatti fi tmiem il-ġimgħa hekk kif ġie kkonfermat li numru sostanzjali ta’ klassijiet fil-primarja jinsabu mingħajr għalliem. F’paniku li ddomina l-aħħar jiem, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ […]

read more »
Reazzjoni għall-pubblikazzjoni tal-protokoll għas-sena skolastika 2021-2022

September 7, 2021 at 11:46 am

Reazzjoni għall-pubblikazzjoni tal-protokoll għas-sena skolastika 2021-2022

Kif ġara s-sena li għaddiet, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħarġu l-protokoll dwar il-ftuħ tal-iskejjel. L-MUT tilqa’ dan, għalkemm ta’ min insemmu li s-sena li għaddiet dawn ħarġu fit-2 ta’ Settembru. Din is-sena, jiġifieri, diġà qegħdin ħamest ijiem aktar tard. Wieħed kien jistenna li la kienet kwistjoni ta’ emendi fuq il-protokoll tas-sena l-oħra, l-affarijiet setgħu […]

read more »
Stqarrija: Reazzjoni għall-pubblikazzjoni tal-inkjesta relatata mat-tibdil tal-marki ta’ studenti tal-Form 5

August 30, 2021 at 4:45 pm

Stqarrija: Reazzjoni għall-pubblikazzjoni tal-inkjesta relatata mat-tibdil tal-marki ta’ studenti tal-Form 5

Ir-rapport tal-inkjesta jikkonferma l-fatt li tbiddlu xi marki li ddaħħlu mill-għalliema u li studenti li m’attendewx skola fil-Form 5 ħadu marka li mhix dik li daħħlu l-għalliema tagħhom. Ir-rapport jikkonferma wkoll li dan sar kollu mingħajr konsultazzjoni mal-għalliema u r-rappreżentanti tagħhom. L-MUT għandha wkoll riservi kbar dwar l-oġġettività ta’ din l-inkjesta, hekk kif għal aktar […]

read more »