info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Il-ħażin ma tista’ qatt tgħidlu tajjeb – reazzjoni għar-riżenja tal-Ministru Justyne Caruana

December 22, 2021 at 2:26 pm

Il-ħażin ma tista’ qatt tgħidlu tajjeb – reazzjoni għar-riżenja tal-Ministru Justyne Caruana

L-MUT kienet qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni dwar ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-konfront tal-Ministru Caruana u rapporti fil-midja tal-każ. Kien ċar mill-bidu nett, u ferm qabel ma ħareġ ir-rapport, li d-deċiżjoni li l-Ministru tagħti kuntratt lil persuna qrib tagħha kienet waħda ħażina. Ir-rapport tal-Kummissarju George Hyzler ikkonferma li l-Ministru kisret il-kodiċi tal-etika tal-Membri Parlamentari, u għaldaqstant ma kienx għad kellha l-awtorità morali u l-integirità meħtieġa sabiex tmexxi l-Ministeru tal-Edukazzjoni.

L-MUT tilqa’ din ir-riżenja. Din kienet meħtieġa sabiex is-settur tal-edukazzjoni jkompli jitmexxa l-quddiem wara li diġà kellu skossi bil-bidliet ta’ tliet Ministri fl-aħħar sentejn. Il-Union lesta, bħal dejjem, li taħdem mal-Ministru l-ġdid meta jinħatar, għal ġid tal-qasam edukattiv.

Comments are closed.