info@mut.org.mt   21237815 / 21222663

Category Archives: Fondazzjoni Sagħtar

Ir-rivista Sagħtar tagħlaq 50 sena minn meta bdiet tiġi ppubblikata

May 28, 2021 at 1:14 pm

Ir-rivista Sagħtar tagħlaq 50 sena minn meta bdiet tiġi ppubblikata

Fondazzjoni Sagħtar, fi ħdan il-Malta Union of Teachers, qed tfakkar il-50 sena minn meta bdiet tkun ippubblikata r-rivista Sagħtar. Din ir-rivista, tant maħbuba mit-tfal għal ħafna snin, ikkontribwiet għall-ħolqien ta’ kitba tajba u qari ta’ kwalità bil-Malti għall-istudenti Maltin u Għawdxin. F’ċelebrazzjoni li tfakkar dan l-anniversarju, li fiha attendew l-Onorevoli Prim Ministru ta’ Malta Dr […]

read more »
Sorpriża sabiħa għal kull min jabbona!

May 25, 2021 at 2:50 pm

Sorpriża sabiħa għal kull min jabbona!

Bħala ringrazzjament għas-sapport, kull min xtara jew ser jixtri abbonament tas-Sagħtar 2020-2021 ser ikun qiegħed jingħata b’xejn ħarġa speċjali tas-Sagħtar f’għeluq il-50 sena! Din l-edizzjoni speċjali hija ċelebrazzjoni ta’ 50 sena tar-rivista u fiha 50 minn fost l-aħjar kontribuzzjonijiet matul is-snin. Din il-ħarġa ser tkun speċjali anki fl-ammont ta’ paġni, li ser ikunu ta’ 96 […]

read more »
SAGĦTAR 2021-2022 – Sejħa għall-Kontribuzzjonijiet

April 28, 2021 at 4:31 pm

SAGĦTAR 2021-2022 – Sejħa għall-Kontribuzzjonijiet

Wara s-suċċess tar-rivista popolari “Sagħtar” matul din is-sena skolastika, Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan il-Malta Union of Teachers tħabbar li qed tilqa’ materjal mingħand kittieba, illustraturi u edukaturi u kull min hu interessat li jikkontribwixxi b’xi mod f’din il-pubblikazzjoni għas-sena 2021-2022. Ir-rivista reġgħet bdiet tinħareġ f’Ottubru 2020 kull xahar sa Mejju ta’ din is-sena. Bdiet bil-format […]

read more »
Wasal is-Sagħtar stampat!

March 8, 2021 at 3:23 pm

Wasal is-Sagħtar stampat!

Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT ħabbret li r-rivista Sagħtar issa tista’ tinxtara bħala rivista stampata mill-ħanut online li għadu kif tnieda mill-Fondazzjoni. Is-Sagħtar huwa sinonimu mal-qari tajjeb bil-Malti għat-tfal, u bħalma jaf kulħadd jinkludi varjetà kbira ta’ artikli, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet edukattivi, informattivi u divertenti. Ir-rivista stampata għandha sservi sabiex tilħaq aktar tfal, […]

read more »
Is-“Sagħtar” reġa’ magħna!

October 23, 2020 at 4:38 pm

Is-“Sagħtar” reġa’ magħna!

Ilna nistennewh u fl-aħħar wasal! L-ewwel ħarġa tar-rivista “Sagħtar” maħruġa mill-Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT, dik t’Ottubru 2020, għadha kif ittellgħet fis-sit saghtar.org.mt. Did-darba se tkun rivista diġitali, li tista’ taqraha meta trid minn fuq kompjuter, mobile jew tablet, u tinkludi materjal varjat, informattiv, divertenti u interattiv. Mela fittex irreġistra b’xejn f’dan is-sit u ħeġġeġ […]

read more »
Rolling call for contributions to publication “Il-Ħsieb”

July 16, 2020 at 12:16 pm

Rolling call for contributions to publication “Il-Ħsieb”

Following the issuing of the first edition of the new publication in May 2020 “Il-Ħsieb”, which can be accessed HERE, the MUT has now started working on the next editions. In view of this, the union is hereby issuing a rolling call for members interested in contributing by writing an article with the following specifications: […]

read more »
L-MUT tniedi l-Fondazzjoni Sagħtar biex issaħħaħ l-aspett professjonali

June 3, 2020 at 1:11 pm

L-MUT tniedi l-Fondazzjoni Sagħtar biex issaħħaħ l-aspett professjonali

Il-Malta Union of Teachers bi pjaċir qed tniedi fondazzjoni ġdida fi ħdanha, li nħolqot biex tieħu ħsieb l-aspett professjonali tal-MUT. Din il-fondazzjoni, li ġiet imsemmija Fondazzjoni Sagħtar, bdiet taħdem fuq diversi proġetti, fosthom pubblikazzjonijiet, taħriġ u attivitajiet b’rabta mal-professjoni edukattiva. Il-portal ta’ Fondazzjoni Sagħtar, saghtar.org.mt, diġà għandu diversi servizzi edukattivi, relatati b’mod partikolari mar-rivista Sagħtar, […]

read more »
L-MUT tniedi rivista ġdida bit-titlu “Il-Ħsieb”

May 29, 2020 at 12:40 pm

L-MUT tniedi rivista ġdida bit-titlu “Il-Ħsieb”

Wara xhur ta’ ħidma, bi pjaċir l-MUT qed tniedi l-ewwel edizzjoni tar-rivista “Il-Ħsieb”. Din il-pubblikazzjoni għandha l-intenzjoni li twassal informazzjoni dwar suġġetti varji u relevanti għall-qasam edukattiv u dak trejdjunjonistiku. Din għandha tikkumplimenta l-komunikazzjonijiet elettroniċi li jintbagħtu regolarment lill-membri b’aġġornamenti aktar immedjati. It-titlu tar-rivista, “Il-Ħsieb”, huwa ispirat mill-missjoni doppja tal-MUT, li twaqqfet biex tieħu ħsieb […]

read more »
Aġġornament dwar “Sagħtar”

April 30, 2020 at 4:39 pm

Aġġornament dwar “Sagħtar”

Bi pjaċir ninfurmawkom li issa l-edizzjonijiet passati tas-“Sagħtar” (354 waħda) huma kollha mtellgħin fis-sit tagħna! Inħeġġukom iżżuru saghtar.org.mt u tieħdu gost terġgħu taqraw ir-rivista tant għal qalbkom! Infakkrukom ukoll li min jixtieq, jista’ jirrekordja lilu nnifsu jaqra xi silta u jibagħtilna l-link tar-recording li jkun ħoloq billi jimla l-formola minn HAWN. Grazzi għal darb’oħra għall-kummenti […]

read more »
Irrekordja silta mis-“Sagħtar” u ibgħathielna!

April 7, 2020 at 3:56 pm

Irrekordja silta mis-“Sagħtar” u ibgħathielna!

L-ewwel nett l-MUT tixtieq tirringrazzja lil kull min qiegħed juri interess fil-portal il-ġdid saghtar.org.mt, li jinkludi l-edizzjonijiet passati tas-“Sagħtar” fil-format diġitali. Ir-rispons kien pożittiv u inkoraġġanti ferm. Sabiex inkomplu nħeġġu l-qari u anki ngħinu billi nipprovdu materjal tajjeb bil-Malti għat-tfal, l-MUT se tkun qiegħda ttella’ recordings ta’ qari mis-“Sagħtar”, kemm awdjo kif ukoll video, fil-paġna […]

read more »