info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
SAGĦTAR 2021-2022 – Sejħa għall-Kontribuzzjonijiet

April 28, 2021 at 4:31 pm

SAGĦTAR 2021-2022 – Sejħa għall-Kontribuzzjonijiet

Wara s-suċċess tar-rivista popolari “Sagħtar” matul din is-sena skolastika, Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan il-Malta Union of Teachers tħabbar li qed tilqa’ materjal mingħand kittieba, illustraturi u edukaturi u kull min hu interessat li jikkontribwixxi b’xi mod f’din il-pubblikazzjoni għas-sena 2021-2022.

Ir-rivista reġgħet bdiet tinħareġ f’Ottubru 2020 kull xahar sa Mejju ta’ din is-sena. Bdiet bil-format diġitali sakemm bdiet toħroġ ukoll f’forma stampata kmieni din is-sena. Ir-rivista “Sagħtar” hija sors edukattiv għall-istudenti u sservi wkoll ta’ vetrina għall-kittieba u l-artisti, stabbiliti jew emerġenti. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu ta’ diversi forom – kitbiet, illustrazzjonijiet, materjal awdjoviżiv, xogħol ta’ riċerka u informazzjoni, materjal rikreattiv u iktar.

Kull min hu interessat u għandu xogħol lest li jixtieq jissottomettih huwa mħeġġeġ jinkiteb u jissottometti xogħlu billi jimla l-formola li tinsab HAWN.

Comments are closed.