info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tniedi rivista ġdida bit-titlu “Il-Ħsieb”

May 29, 2020 at 12:40 pm

L-MUT tniedi rivista ġdida bit-titlu “Il-Ħsieb”

Wara xhur ta’ ħidma, bi pjaċir l-MUT qed tniedi l-ewwel edizzjoni tar-rivista “Il-Ħsieb”. Din il-pubblikazzjoni għandha l-intenzjoni li twassal informazzjoni dwar suġġetti varji u relevanti għall-qasam edukattiv u dak trejdjunjonistiku. Din għandha tikkumplimenta l-komunikazzjonijiet elettroniċi li jintbagħtu regolarment lill-membri b’aġġornamenti aktar immedjati. It-titlu tar-rivista, “Il-Ħsieb”, huwa ispirat mill-missjoni doppja tal-MUT, li twaqqfet biex tieħu ħsieb l-interessi tal-membri tagħha filwaqt li taħdem biex is-sistema edukattiva trawwem fl-istudenti l-ħsieb kritiku u intelliġenti.

Agħfas HAWN biex tniżżel il-pubblikazzjoni, li hija PDF interattiv fejn tista’ tagħfas fuq il-links.

saghtar

Comments are closed.