info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Aħbarijiet u sorpriżi relatati mar-rivista “Sagħtar” dalwaqt!

March 26, 2020 at 11:21 am

Aħbarijiet u sorpriżi relatati mar-rivista “Sagħtar” dalwaqt!

L-MUT ilha numru ta’ xhur taħdem sabiex terġa’ tippubblika r-rivista tant popolari “Sagħtar” permezz ta’ fondazzjoni li ġiet irreġistrata fl-aħħar xhur. Parti minn din il-ħidma tikkonsisti fil-ħruġ tal-edizzjonijiet passati tar-rivista f’format diġitali.

Fiċ-ċirkustanzi li fihom ħafna tfal u żgħażagħ jinsabu d-dar mal-familja, ħsibna li ngħaġġlu ftit il-pjanijiet u għaldaqstant ser inkunu qed noffru l-ewwel sett ta’ rivisti tas-snin li għaddew biex ikollkom iċ-ċans terġgħu taqrawhom, din id-darba b’mod diġitali. Aktar informazzjoni dwar dan inwassluhielkom fil-jiem li ġejjin.

Sadattant, DIN T’HAWN hija l-paġna ta’ Facebook li se jibda jkun fiha l-informazzjoni, l-aħbarijiet u l-komunikazzjoni kollha relatata mal-attivitajiet li se nkunu qed norganizzaw.

Għalhekk agħmlulna Like u ibdew segwuna!

Comments are closed.