info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Aħbarijiet minn Fondazzjoni Sagħtar: Wasalna għall-edizzjoni ta’ Marzu!

March 10, 2023 at 12:16 pm

Aħbarijiet minn Fondazzjoni Sagħtar: Wasalna għall-edizzjoni ta’ Marzu!

F’din il-ħarġa ssibu artikli dwar suġġetti varji u stejjer u poeżiji interessanti mingħand awturi ġodda u oħrajn li drajtuhom. Barra minn hekk nifirħu lill-kantant żagħżugħ Kyran Bonello, li rebaħ il-Malta’s Got Talent, naraw kif se tispiċċa l-avventura tat-tapit taz-zija, miktuba minn studenta brava, u ħafna iktar. U għal darb’oħra għandkom xalata ta’ 8 kompetizzjonijiet bi premjijiet sbieħ!

U bilħaqq, tinsewx it-tieni mudell ta’ XJEN-TEK: “Il-Vulkan tal-Kuluri”! Inħeġġukom tgħaqqduh u żżejnuh u tibagħtulna ritratt tiegħu ħalli tidħlu biċ-ċans li tirbħu premju sabiħ. Biex tagħmlu dan inħeġġukom issegwu l-vidjow fuq l-app tas-Sagħtar, fis-sezzjoni tal-Vidjows. L-app tniżżluha mill-Google Play jew l-App Store.

Aqraw is-Sagħtar stampat jew aċċessawh online minn saghtar.org.mt.

Il-qari t-tajjeb!

Comments are closed.