January 6, 2021 at 12:13 pm
Il-Ministeru jinjora l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-ftuħ tal-iskejjel – l-MUT lesta tagħti struzzjonijiet lill-membri
L-MUT ġiet infurmata li l-awtoritajiet tas-saħħa taw parir lill-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex l-iskejjel ma jinfetħux. Dan qiegħed isir fid-dawl ta’ żieda qawwija ta’ każijiet pożittivi proġettati li pajjiżna ser jesperjenza fil-ġranet li ġejjin. Din l-informazzjoni, li waslet lill-MUT f’dawn is-sigħat, ġiet ikkonfermata minn numru ta’ sorsi differenti. Jidher, iżda, li l-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jinjora dan il-parir u għaldaqstant l-MUT tħoss li għandha tipproteġi lill-edukaturi u lill-istudenti.
L-MUT qed tagħmel talba formali sabiex il-gvern jimxi mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa. Jekk dan mhux ser iseħħ, il-union ma jibqgħalhiex triq oħra ħlief li b’responsabbiltà kbira tagħti struzzjonijiet lill-membri aktar tard illum.