May 7, 2020 at 4:19 pm
L-MUT tirringrazzja lill-ex-President tal-bord tal-gvernaturi tal-MCAST
Wara li tħabbret ir-riżenja tas-sur Frederick Schembri minn President tal-bord tal-gvernaturi tal-MCAST, l-MUT tixtieq turi l-apprezzament għall-ħidma li saret flimkien mas-Sur Schembri b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-ftehim kollettiv il-ġdid matul l-aħħar sentejn. L-MUT kellha relazzjoni tajba ħafna mas-Sur Schembri u tawgura li tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-President il-ġdid li ser jiġi maħtur fil-jiem li gejjin. L-MUT tawgura lis-sur Schembri aktar suċċessi fil-ħidma tiegħu.