October 16, 2020 at 6:53 pm
Żviluppi dwar l-ultimatum li l-MUT tat lill-gvern
Fid-dawl tal-ultimatum li tat l-MUT li skada lbieraħ, l-MUT tinnota li f’komunikazzjoni diretta li kien hemm mill-gvern mal-MUT ġie kkonfermat li ser ikun hemm miżuri mħabbra fis-sigħat li ġejjin. Għaldaqstant l-MUT ser tkun qiegħda ssegwi t-tħabbira ta’ dawn il-miżuri ta’ mitigazzjoni u nfurzar fil-jiem li ġejjin u ser tirreaġixxi għalihom skont il-każ. Sadattant l-MUT terġa’ ttenni l-appell tagħha sabiex il-pandemija tittieħed bis-serjetà ħalli tiġi mrażżna għall-benefiċċju ta’ kulħadd.