info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT titlob miżuri aktar effettivi fl-iskejjel

October 16, 2020 at 6:54 pm

L-MUT titlob miżuri aktar effettivi fl-iskejjel

Waqt laqgħa oħra li ntalbet kmieni din il-ġimgħa mill-MUT u li saret illum waranofsinhar mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-MUT iddiskutiet il-feedback li qed ikollha dwar il-proċeduri meħuda fl-iskejjel, kemm dawk ta’ protezzjoni u kif ukoll dawk li jinvolvu l-azzjonijiet meħuda meta jinstab każ pożittiv tal-COVID-19. Fost l-oħrajn l-MUT reġgħet sostniet it-talbiet tagħha li:

– L-użu tal-maskri isir mandatorju fl-iskejjel għall-istudenti kollha;
– Tibda ssir distinzjoni bejn il-visor u l-maskri u l-effetti ta’ protezzjoni li dawn joffru. Il-maskra tkun rakkomandata u l-Ministeru jipprovdi maskri għall-edukaturi;
– Iż-żmien minn meta jinstab każ pożittiv għal meta jiġi konkluż il-proċess ta’ contact tracing jiqsar b’mod konsiderevoli;
– L-informazzjoni dwar każijiet pożittivi u l-miżuri li ttieħdu tasal fl-iqsar żmien possibli għand il-komunità tal-iskola li tinkludi l-edukaturi, l-istudenti u l-ġenituri.

Kemm il-Ministeru tal-Edukazzjoni u anki l-Awtorità tas-Saħħa Pubblika semgħu il-proposti tal-MUT u qalu li huma lesti li jiddiskutu internament sabiex issir ir-reviżjoni meħtieġa. Sadattant l-MUT qed titlob lill-edukaturi sabiex:

1. Jinkoraġġixxu l-ilbies tal-maskri il-ħin kollu fl-iskejjel Primarji;
2. Jilbsu l-maskri il-ħin kollu inkluż fl-istaffrooms u waqt li jkellmu kollegi u adulti;
3. Ikomplu jimxu mal-protokolli tas-saħħa inkluż l-iġjene u d-distanza soċjali;
4. Fejn jaraw li l-affarijiet m’humiex mexjin kif suppost mal-protokolli, jirrapurtaw mal-COVID link person fl-iskola tagħhom.

Dan qed isir fid-dawl tat-talbiet li saru u li l-MUT qed tistenna li jiġu implimentati sakemm l-iskola hija miftuħa b’mod fiżiku.

Comments are closed.