info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Żjarat tal-Ministru fl-iskejjel Għawdxin waqt strajk meqjusa bħala ġest ta’ intimidazzjoni fuq l-edukaturi

January 7, 2021 at 1:58 pm

Żjarat tal-Ministru fl-iskejjel Għawdxin waqt strajk meqjusa bħala ġest ta’ intimidazzjoni fuq l-edukaturi

L-MUT hi infurmata li l-Ministru tal-Edukazzjoni llum għamlet numru ta’ żjarat fl-iskejjel t’Għawdex u eżiġiet li tiltaqa’ mal-ftit staff li kien preżenti. Fuq il-midja soċjali tagħha hi rringrazzjat lill-għalliema dedikati li ltaqgħet magħhom. Filwaqt li hu ċar li din ma kienet xejn ħlief stunt għall-midja, huwa ċar ukoll li l-Ministru m’għandha l-ebda konsiderazzjoni għad-drittijiet tal-ħaddiema li jsegwu azzjonijiet industrijali. L-MUT tinstab iddiżappuntata mmens b’din l-attitudni li ma tawgura tajjeb xejn għar-relazzjonijiet kordjali bejn l-MUT u l-Ministru l-ġdid.

Comments are closed.