info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Tolleranza żero mill-MUT għal nuqqas ta’ ilma f’istituzzjonijiet edukattivi

February 27, 2020 at 1:06 pm

Tolleranza żero mill-MUT għal nuqqas ta’ ilma f’istituzzjonijiet edukattivi

L-MUT ddikjarat tolleranza żero għal sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm provvista ta’ ilma. Din il-miżura wasslet sabiex aktar kmieni illum l-MUT waqqfet il-lezzjonijiet f’żewġ isitituti fl-MCAST li ma kellhomx provvista ta ’ilma fil-faċilitajiet inkluż dawk sanitarji. L-MUT innotifikat lill-awtoritajiet edukattivi li mal-ewwel rapport li jaslilha li ma hemmx provvista ta’ ilma f’xi skola jew istituzzjoni oħra, il-union ser twaqqaf b’mod immedjat il-lezzjonijiet kif għamlet dalogħdu stess. Dan sabiex tipproteġi lill-edukaturi u l-istess studenti fl-assenza ta’ azzjonijiet immedjati mill-awtoritajiet edukattivi kif mistenni.

Comments are closed.