info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Talba għal laqgħa tal-working group mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Awtorità tas-Saħħa Pubblika

April 4, 2022 at 11:27 am

Talba għal laqgħa tal-working group mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Awtorità tas-Saħħa Pubblika

Fid-dawl tat-tħabbir tar-rilaxx tal-miżuri fl-iskejjel wara l-Għid, l-imsieħba fil-working group li jitratta l-miżuri tal-Covid-19, inkluż l-MUT, qed jagħmlu talba sabiex isiru diskussjonijiet dwar dan. L-għan huwa sabiex l-awtoritajiet jispjegaw ir-raġunijiet xjentifiċi wara d-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu, partikolarment fil-kuntest taż-żieda fil-każijiet pożittivi u l-effett li dan qed ikollu fl-iskejjel.

It-tħabbir tar-rilaxx ta’ miżuri fl-iskejjel jikkontrasta ferm mas-sitwazzjoni fl-iskejjel matul din il-mewġa ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19, u laqgħa tal-working group, li apparti l-MUT tinkludi rappreżentanti mill-iskejjel tal-istat, tal-knisja u indipendenti, tkun tista’ twassal għal għarfien aħjar tas-sitwazzjoni għall-ġid tal-istudenti, edukaturi u l-kommunità skolastika kollha.

Comments are closed.