info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Stqarrija: Informazzjoni qarrieqa dwar LSEs li ser jitilfu l-impjieg

April 30, 2019 at 9:41 am

Stqarrija: Informazzjoni qarrieqa dwar LSEs li ser jitilfu l-impjieg

L-MUT tirreferi għal informazzjoni qarrieqa li twasslet lil numru żgħir ta’ LSEs fejn intqal li xi LSEs ser jitilfu xogħolhom. L-MUT tisħaq li din l-informazzjoni hija totalment falza u qarrieqa għaliex il-bżonn ta’ LSEs qed ikompli jikber tant li kull min jgħaddi mill-interviews tal-LSEs mal-Gvern, Knisja jew skejjel indipendenti jidħol fl-impjieg fi ftit jiem. Il-bidliet li wħud irreferew għalihom, apparti li ġew amplifikati u interpretati ħażin, fil-verita’ ser iwasslu għal bżonn akbar u mhux inqas ta’ LSEs.

Hija qarrieqa wkoll l-informazzjoni li LSEs impjegati bħala supply ser jitilfu xogħolhom. Tant dan mhux minnu li l-MUT, bħala l-Union li tirrappreżenta l-gradi kollha fil-qasam edukattiv inkluż l-LSEs, qed tinnegozja ftehim ġdid mal-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex in-numru ta’ LSEs impjegati fuq bażi supply ikunu jistgħu jieħdu impjieg regolari fix-xhur u s-snin li ġejjin. Huwa ċar li min qed ixerred din l-informazzjoni qarrieqa m’għandux għal qalbu l-LSEs u l-qasam edukattiv iżda jrid akkost ta’ kollox joħloq sensazzjonaliżmu u jipprova jieħu kapital personali minn kull sitwazzjoni anki billi jaghti informazzjoni qarrieqa. Din hija irresponsabbilta’ kbira u l-MUT tistieden lill-membri tagħha sabiex ikomplu jinfurmaw irwieħhom bl-informazzjoni korretta minn sorsi kredibbli. Fl-aħħarnett, bħal ma diġa’ tinforma lill-membri b’mod regolari, l-MUT bħalissa qed taħdem fuq numru ta’ issues relatati mal-grad u ser tkun qed tkompli taġġornahom ġaladarba jkun hemm żviluppi.

Comments are closed.