info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Reazzjonijiet mill-istakeholders dwar il-pożizzjoni tal-MUT

September 18, 2020 at 5:37 pm

Reazzjonijiet mill-istakeholders dwar il-pożizzjoni tal-MUT

L-MUT tilqa’ r-reazzjonijiet pożittivi tad-diversi stakeholders dwar il-pożizzjoni tal-posponiment tal-ftuħ fiżiku tal-iskejjel. Il-Union tinnota b’mod pożittiv ir-reazzjoniijiet tal-MAPSSS, taċ-Chamber of Commerce, tal-MAM, tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u entitajiet oħra li qegħdin isostnu t-talba tal-MUT li jkun hemm dan il-posponiment.

Minn naħa l-oħra, dan jikkontrasta ferm ma’ dak li qiegħed jingħad b’mod partikolari mill-Ministeru tas-Saħħa fejn qed jiġi rrapurtat li ntqal li l-edukaturi m’għamlu xejn matul il-perijodu li l-iskejjel kienu magħluqin fiżikament minħabba l-pandemija b’telf ta’ sena skolastika. L-MUT tikkundanna dan filwaqt li tinsisti li l-istess Ministeru u l-gvern jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-pandemija tiġi mrażżna u ma tkomplix tgħolli rasha. L-MUT tisħaq li ser tkompli ssostni l-pożizzjoni tagħha sabiex tħares is-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd inkluż l-edukaturi, l-istudenti u l-familji ta’ kulħadd.

Comments are closed.