info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Reazzjoni għall-artiklu bl-isem “L-edukaturi jieklu l-burgers u t-tfal bla pastizzi”

Reazzjoni għall-artiklu bl-isem “L-edukaturi jieklu l-burgers u t-tfal bla pastizzi”

Din li ġejja ntbagħtet lill-editur ta’ Newsbook:

Għażiż editur,

L-MUT tirreferi għall-artiklu bl-isem “L-edukaturi jieklu l-burgers u t-tfal bla pastizzi”.

L-MUT hija ddiżappuntata kif titlu bħal dan, li huwa meħud minn kumment ta’ persuna waħda biss, ser jispiċċa biex jagħti impressjoni ħażina tal-edukaturi u joħloq mibgħeda bla bżonn speċjalment fuq il-midja soċjali fejn bħal ma nafu ħafna jaqraw u jikkummentaw abbażi tat-titlu biss. Apparti dan ħadd ma jara każijiet fuq kemm għalliema jispiċċaw jaqsmu l-ikel tagħhom mat-tfal, kemm minnhom ma jlaħħqux jieklu sabiex ikomplu jispjegaw xi ħaġa lil tfal li jkunux laħqu fehmu jew li jkunu morda u tilfu xi lezzjoni. Faċli li wieħed jiġġudika u jiġġeneralizza iżda dan ma jkunx korrett.

Barra minn hekk, rigward il-policy l-ġdida tal-ikel innifisha, il-Union diġa’ esprimiet ruħha fil-ġimgħat li għaddew fejn qalet li din li hija riġida u restrittiva wisq fuq it-tip ta’ ikel li t-tfal ser jitħallew jieklu, speċjalment f’okkażjonijiet speċjali bħall-Milied u festi oħra. L-MUT kkomunikat mal-Ministeru f’dan ir-rigward sabiex din is-sitwazzjoni redikola titranġa.

Comments are closed.