info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Nota dwar sitt xhur edukazzjoni li ‘ntilfu’

September 24, 2020 at 5:11 pm

Nota dwar sitt xhur edukazzjoni li ‘ntilfu’

L-MUT tinnota li l-Ministeru fis-sit tiegħu Newsbreak u fuq is-siti soċjali qiegħed jgħid li “Saret reviżjoni tas-sillabi kollha mill-Kindergarten sat-Tmien Sena biex il-pass tat-tagħlim ilaħħaq mas-sitt xhur edukazzjoni li ntilfu…”. Ta’ min wieħed jiċċara li bejn nofs Marzu u nofs Ġunju hemm biss tliet xhur u mhux sitta, u li l-maġġoranza l-kbira tal-edukaturi għamlu xogħol kbir online sabiex jilħqu lill-istudenti tagħhom bl-aħjar mod li setgħu fiċ-ċirkustanzi li ġew ħabta u sabta u li ħadd ma kellu kontroll fuqhom. Għaldaqstant ‘intilfu’ hija kelma kerha u barra minn lokha li ma messhiex intużat, partikolarment meta kien l-istess Ministeru li wara kollox ’tilef’ l-istess sitt xhur bejn Marzu u Awwissu biex ipprepara għas-sena skolastika l-ġdida.

Comments are closed.