info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT titlob li jittieħdu passi kontra allegazzjonijiet foloz fil-konfront ta’ LSE

September 7, 2018 at 9:02 am

L-MUT titlob li jittieħdu passi kontra allegazzjonijiet foloz fil-konfront ta’ LSE

L-MUT segwiet l-iżvilupp ta’ kwistjoni li bdiet fil-midja soċjali, fejn ġie rappurtat minn sezzjonijiet tal-midja li ġenitur allegat li LSE ta’ reliġjon Musulmana neħħiet salib minn klassi waqt Skola Sajf. Hekk kif ġie stabbilit mill-awtoritajiet edukattivi li l-LSE imsemmija mill-ġenitur ma kellha x’taqsam xejn mat-tneħħija tas-salib, u minnflok dan tneħħa temporanjament minħabba ħtiġijiet ta’ rinovazzjoni tal-post, l-MUT ikkomunikat mal-awtoritajiet responsabbli. Dan sabiex jittieħdu passi fil-konfront tal-ġenitur li mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni u qies għamlet allegazzjonijiet pubbliċi li ma kinux veritieri bil-għan li tħammeġ il-ħidma tal-LSE, tkasbar it-twemmin religjuż tagħha u ġġib f’dell ikrah l-istess professjoni tal-edukaturi. L-MUT mhix ser tittolera aġir irresponsabbli li jagħmel dannu lill-edukaturi u tistenna li l-awtoritajiet jieħdu l-passi meħtieġa sabiex min ikasbar il-ħidma tal-edukaturi jħallas għal għemilu.

Comments are closed.