info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tingħaqad mal-MAM fil-kundanna dwar it-tkeċċija tal-konsulent mediku li ta l-pariri dwar il-ftuħ tal-iskejjel

January 11, 2021 at 9:29 am

L-MUT tingħaqad mal-MAM fil-kundanna dwar it-tkeċċija tal-konsulent mediku li ta l-pariri dwar il-ftuħ tal-iskejjel

L-MUT tinsab imħassba bl-iżviluppi tal-aħħar ħin, hekk kif ġew irrappurtati mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM), fejn irreferiet għat-tkeċċija tal-konsulent mediku li ta l-pariri dwar il-kawtela fil-ftuħ tal-iskejjel. L-MUT turi solidarjetà sħiħa mal-imsemmi konsulent, mal-MAM u mal-professjonisti kollha fil-qasam tas-saħħa. L-MUT tikkundanna t-tkeċċija tal-konsulent. Il-union tisħaq li kull professjonist huwa fid-dmir li jagħti l-parir xjentifiku fil-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni tiegħu u dan il-fatt ma jista’ qatt iwassal għat-tkeċċija tiegħu jew tagħha.

Għaldaqstant l-MUT qed taghmel talba lill-Gvern sabiex jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu u jħalli lill-professjonisti kollha, inkluż u partikolarment dawk fil-qasam tas-saħħa, jaħdmu bla xkiel filwaqt li jkunu huma li jigwidaw id-deċiżjonijiet dwar il-miżuri meħtieġa sabiex titrazzan il-pandemija. Fl-aħħarnett dan ikompli jikkonferma dak li sostniet l-MUT dwar il-parir li kellu l-gvern.

Comments are closed.