info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tikteb lill-editur dwar l-artiklu bl-isem ‘Għalliema ħatja li tajret u qatlet raġel’

March 1, 2019 at 8:54 am

L-MUT tikteb lill-editur dwar l-artiklu bl-isem ‘Għalliema ħatja li tajret u qatlet raġel’

Din l-ittra ntbagħtet lill-editur ta’ InewsMalta:

Għażiż editur,

L-MUT tirreferi għall-artiklu “Għalliema ħatja li tajret u qatlet raġel” li deher ilbieraħ 28 ta’ Frar (link HAWN).

Irrispettivament mid-dettalji tal-każ innifsu, wieħed ma jistax ma jinnutax li l-kelma ‘għalliema’ ġiet mogħtija prominenza żejda f’kuntest fejn il-professjoni jew impjieg m’għandu x’jaqsam xejn. F’soċjeta’ fejn id-defiċit lejn l-għalliema qiegħed jinħass anki fl-attitudni u każijiet ta’ aggressjoni, wieħed jistenna li l-istampa tkun aktar sensittiva fl-implikazzjonijiet ta’ dak li tikteb ħalli ma tagħmilx ħsara li effettivament tfisser tfiegħ ta’ tajt fuq il-professjoni mingħajr raġuni ħlief forsi għax toħloq sensazzjoni faċli.

Għaldaqstant l-MUT tistenna li t-titlu ta’ dan l-artiklu jiġi rtirat immedjatament u li fil-futur il-kamra tal-aħbarijiet tkun aktar responsabbli billi toqgħod aktar attenta fir-rapurtaġġ tagħha.

Tislijiet,
Marco Bonnici
President MUT

Comments are closed.