info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT ssegwi l-issue tal-korsijiet tal-MLI għall-LSEs

February 6, 2020 at 11:21 am

L-MUT ssegwi l-issue tal-korsijiet tal-MLI għall-LSEs

L-MUT bħalissa qiegħda ssegwi l-issue li hemm relatata ma’ korsijiet li xi membri fil-grad ta’ LSE qegħdin jieħdu mal-Malta Leadership Institute (MLI). Dawn fil-fatt qed ikollhom problema peress li waqt li qed isegwu kors ma’ din l-istituzzjoni, m’għandhomx assigurazzjoni bil-miktub li jistgħu japplikaw għall-gradi ta’ LSE inkluż dak ta’ LSE3 li għalieh hemm bżonn degree ta’ livell 6. L-MUT diġà qalet li l-MLI għandha bżonn tikkonferma li l-korsijiet rispettivi tagħha huma rikonoxxuti f’dan is-sens, u dan qalitu kemm lill-Ministeru u lill-MLI stess. Biss, s’issa l-membri li tkellmu mal-MUT qalu li din il-konferma ingħatat bil-kliem biss u mhux bil-miktub. L-MUT tappella lill-Ministeru u lill-MLI sabiex issolvi d-differenzi li hemm ħalli l-parteċipanti ta’ dawn il-korsijiet, meta jtemmuhom, jieħdu l-grad li ħaqqhom u ma jsofrux inġustizzji bla bżonn.

L-MUT dejjem tfakkar li kull min ser isegwi kors għandu jiċċekkja u jikkonferma l-kriterji kollha li semmejna HAWN.

Comments are closed.