info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Kjarifika

October 18, 2019 at 4:11 pm

Kjarifika

Nixtiequ ninfurmaw lill-membri tal-MUT li direttivi kollettivi maħruġa minn unions oħra fil-qasam edukattiv huma ILLEGALI. (Kollettivi jiġifieri li tolqot aktar minn persuna waħda). Għaldaqstant la l-MUT u ĦADD ma jkollu bażi legali biex jgħin lil min isegwi direttivi illegali meta min jimpjega jieħu passi dixxiplinarji. Il-liġi fil-fatt tgħid: “Once a union is recognized as the sole collective bargaining union, no other union may intervene on a collective matter relating to the employees concerned with the employer, and conversely, no employer shall discuss collective matters relating to the employees concerned with a union other than the recognized union.”

Ir-raġuni għalfejn m’hemmx bżonn direttivi fil-każi msemmija hija waħda sempliċi. L-issue tat-transport supervision ġiet solvuta ilbieraħ mill-MUT. Rigward l-issue l-oħra tal-anomalija fis-salarji tal-LSE2, l-MUT ilha li tat direttivi minn nhar it-Tlieta li għadda (arahom HAWN) u llum l-MUT reġa’ kellna laqgħa oħra sabiex nindirizzawha. Din hija issue kkumplikata li nħolqot wara tibdil fir-regolamenti għall-ħaddiema kollha taċ-Ċivil, u għalhekk daħlu fiha wkoll l-OPM, imma li jekk Alla jrid tissolva wkoll.

Infakkrukom li għalkemm l-MUT bħalissa għandha diversi direttivi u bħalma tafu ma tiddejjaq xejn tieħu azzjonijiet meta jkun hemm bżonn (is-soltu l-akkużi mill-pubbliku jkunu li jkollna wisq), l-MUT dejjem tara li timxi mal-liġi industrijali tat-trade unions fl-azzjonijiet tagħha. Apparti dan, l-MUT mhijiex ser taċċetta interferenza li m’għandha l-ebda skop ħlief li xxekkel l-għaqda u x-xogħol kollu li jkun qiegħed isir fl-aħjar interess tal-membri.

Comments are closed.