info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Kjarifika dwar id-direttivi relatati man-nuqqas ta’ laptops

May 6, 2021 at 1:09 pm

Kjarifika dwar id-direttivi relatati man-nuqqas ta’ laptops

L-MUT qed tiċċara xi aspetti tad-direttivi dwar in-nuqqas ta’ laptops wara feedback u mistoqsijiet mill-membri:

– Ma jsirux attendenzi: Din tfisser li l-ebda attendenza ma tiġi rreġistrata fuq sistemi online, li tinkludi platforms tal-iskejjel, inkluż permezz tal-apparat all-in-one, jew fuq sistemi oħra inkluż permezz ta’ karti. L-MUT tirrakomanda li l-edukaturi jżommu l-attendenza għall-użu personali iżda li din ma tingħatax lill-amministrazzjoni jew lil xi ħadd ieħor ħlief f’każ ta’ emergenza (bħal f’każ ta’ contact tracing).

– Ma jsirx ticking tal-LOs: Din tfisser li ma tintuża l-ebda pjattaforma sabiex jiddaħħlu l-LOs. Din tinkludi kemm pjattaformi online u anki dawk li jistgħu jinħolqu permezz ta’ karti.

– Ma jsirux CoPE (PD) sessions: Din tfisser li ma jiġux organizzati u/jew ma jkunx hemm attendenza għal sessjonijiet ta’ CoPE.

L-MUT tenfasizza l-fatt li dawn id-direttivi qed isiru sabiex issir pressjoni fuq l-awtoritajiet ħalli bħala edukaturi, fl-aħħar mill-aħħar, ikollna l-għodda xierqa li għandna bżonn biex naħdmu. Għaldaqstant il-union tappella lil kulħadd sabiex naħdmu flimkien għal dan il-għan.

Comments are closed.