info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Direttiva MCAST – ICA

March 2, 2020 at 8:50 am

Direttiva MCAST – ICA

L-MUT qed tagħti direttiva lill-gradi tagħha kollha fl-Institute for the Creative Arts (ICA). Id-direttiva hija li għandhom jitwaqqfu l-lezzjonijiet kollha mill-9am illum minħabba li m’hemmx provvista ta’ ilma f’dawn l-istitutes. Id-direttiva għandha tibqa’ effettiva sakemm is-servizz tal-ilma jerġa’ jiġi pprovdut. Din id-direttiva tapplika wkoll f’institutes oħra tal-MCAST li għandhom l-istess sitwazzjoni. Kif l-MUT qalet diġà, hija inaċċettabbli li fl-MCAST hemm problema b’servizzi bażiċi ta’ provvista ta’ ilma u li l-MUT tistenna li s-sitwazzjoni tiġi solvuta immedjatament.

Comments are closed.