info@mut.org.mt   21237815 / 21222663

Category Archives: Press Release

Reazzjoni għall-konferenza stampa tal-gvern – l-MUT għaddejja b’diskussjonijiet mal-Ministeru fuq id-dettalji tal-ftuħ

April 7, 2021 at 12:02 pm

Reazzjoni għall-konferenza stampa tal-gvern – l-MUT għaddejja b’diskussjonijiet mal-Ministeru fuq id-dettalji tal-ftuħ

L-MUT tinnota d-deċiżjoni mħabbra mill-gvern dwar il-ftuħ tal-iskejjel. L-MUT tittama li bir-rilaxxar ta’ dawn il-miżuri daqstant kmieni ma jerġax ikollna mewġa oħra ta’ każijiet li jipperikolaw is-saħħa ta’ kulħadd u jagħmluha insostenibbli għall-iskejjel biex joperaw. Id-deċiżjonijiet u r-responsabbiltà dwar il-ftuħ tal-iskejjel fl-aħħar mill-aħħar huma tal-gvern. Ta’ min jgħid li d-deċiżjoni tħabbret meta l-MUT kienet għadha […]

read more »
Il-ftuħ fiżiku tal-iskejjel m’għandhiex tkun l-ewwel miżura li tiġi rilaxxata – MUT

April 5, 2021 at 11:36 am

Il-ftuħ fiżiku tal-iskejjel m’għandhiex tkun l-ewwel miżura li tiġi rilaxxata – MUT

L-MUT qed issegwi l-iżviluppi dwar il-miżuri li hemm fis-seħħ u l-informazzjoni dwar ir-rilaxx ta’ miżuri. Il-union sostniet, u tibqa’ ssostni, li tirrispetta d-deċiżjonijiet dwar il-miżuri sabiex titrażżan il-pandemija hekk kif ikunu meħuda mill-esperti fl-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. Il-union qed tinnota li qed tissemma sekwenza ta’ rilaxx, u diġà esprimiet il-fehmiet tagħha dalgħodu f’laqgħa mal-awtoritajiet tal-edukazzjoni u […]

read more »
Statement by the MUT

March 10, 2021 at 6:30 pm

Statement by the MUT

The MUT welcomes the decision by the government to close all education institutions from Monday. The government has accepted the MUT’s proposal as presented this afternoon during the meeting held. The MUT shall be working with educators and respective stakeholders for the transition to online learning.

read more »
Is-sitwazzjoni fl-iskejjel tinbidel kompletament bil-varjant – l-MUT b’tilwima industrijali

March 10, 2021 at 12:22 pm

Is-sitwazzjoni fl-iskejjel tinbidel kompletament bil-varjant – l-MUT b’tilwima industrijali

L-MUT l-ewwelnett dejjem għamlitha ċara li ser tkun qed timxi mal-informazzjoni u l-pariri tal-esperti tal-awtoritajiet tas-saħħa. Huwa propju dan li qiegħed iwassalna s’hawn illum. L-awtoritajiet tas-saħħa qed jikkonfermaw li l-varjant tal-COVID-19 issa qiegħed jikkawża aktar minn nofs il-każi ġodda, u fl-istess waqt qed jgħidu wkoll li dan qiegħed jinfetta aktar lit-tfal fejn dawn aktarx ma […]

read more »
Aġġornament u pożizzjoni dwar it-tilqim tal-edukaturi u staff tal-iskejjel

February 23, 2021 at 2:17 pm

Aġġornament u pożizzjoni dwar it-tilqim tal-edukaturi u staff tal-iskejjel

L-MUT hija infurmata li l-programm tal-awtoritajiet tas-saħħa għat-tilqim tal-edukaturi u staff tal-iskejjel miexi b’ħeffa u din il-ġimgħa ser ikun hemm l-ewwel gruppi li ser jieħdu l-vaċċin. Dan jawgura tajjeb għas-saħħa, kemm tal-edukaturi u dawk li jiġu f’kuntatt magħhom, u għall-komunità kollha. L-MUT qed issegwi l-proċess mill-qrib u qed tgħin bl-aħjar mod possibbli f’dan ir-rigward. Ilbieraħ […]

read more »
L-Università ta’ Malta tagħmel ftehim mal-UMASA waqt li għaddej każ quddiem it-tribunal industrijali: ftehim li jidher li joħloq prekarjat fl-impjiegi

February 19, 2021 at 4:20 pm

L-Università ta’ Malta tagħmel ftehim mal-UMASA waqt li għaddej każ quddiem it-tribunal industrijali: ftehim li jidher li joħloq prekarjat fl-impjiegi

Għalkemm hemm proċedura pendenti quddiem it-tribunal industrijali bejn l-MUT, l-Università ta’ Malta u l-UMASA dwar il-ftehim kollettiv tal-akkademiċi residenti f’tal-Qroqq u tal-Junior College, illum l-Università ta’ Malta, bil-barka tal-Ministru tal-Edukazzjoni, iffirmat ftehim kollettiv għall-akkademiċi residenti f’tal-Qroqq. Dan il-ftehim jidher illi jinkludi prattika ġdida ta’ prekarjat li l-MUT qatt ma qablet magħha iżda li jidher li […]

read more »
Reazzjoni tal-MUT għall-konferenza stampa tal-gvern

January 27, 2021 at 1:08 pm

Reazzjoni tal-MUT għall-konferenza stampa tal-gvern

L-MUT tinnota r-restrizzjonijiet li għadhom kif tħabbru mill-Gvern għal Frar sabiex titrażżan l-imxija tal-COVID-19. Fid-dawl ta’ dak li ssemma llum mill-gvern, fejn ġie ssuġġerit li l-iskejjel jinżammu miftuħin għall-vaganzi tal-mid-term, l-MUT qed tiċċara li b’mod kategoriku ma laqgħetx dan is-suġġeriment u mhux lesta li tagħmel l-ebda diskussjoni dwar il-kalendarju tal-iskejjel, li joħroġ mill-ftehim settorali u […]

read more »
L-MUT tingħaqad mal-MAM fil-kundanna dwar it-tkeċċija tal-konsulent mediku li ta l-pariri dwar il-ftuħ tal-iskejjel

January 11, 2021 at 9:29 am

L-MUT tingħaqad mal-MAM fil-kundanna dwar it-tkeċċija tal-konsulent mediku li ta l-pariri dwar il-ftuħ tal-iskejjel

L-MUT tinsab imħassba bl-iżviluppi tal-aħħar ħin, hekk kif ġew irrappurtati mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM), fejn irreferiet għat-tkeċċija tal-konsulent mediku li ta l-pariri dwar il-kawtela fil-ftuħ tal-iskejjel. L-MUT turi solidarjetà sħiħa mal-imsemmi konsulent, mal-MAM u mal-professjonisti kollha fil-qasam tas-saħħa. L-MUT tikkundanna t-tkeċċija tal-konsulent. Il-union tisħaq li kull professjonist huwa fid-dmir li jagħti l-parir xjentifiku fil-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni […]

read more »
MUT condemns scaremongering and deceitful tactics

January 9, 2021 at 4:20 pm

MUT condemns scaremongering and deceitful tactics

The MUT denies the claim that the situation affected the autonomy of Church and independent schools so much so that the same representatives of the two sectors participated throughout all discussions. They surely would have not accepted to lose their respective autonomy at any point during the discussions. The MUT also denies that the situation […]

read more »
STQARRIJA KONĠUNTA MILL-GVERN, IL-MALTA UNION OF TEACHERS, IS-SEGRETARJAT GĦALL-EDUKAZZJONI NISRANIJA, L-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISKEJJEL TAL-KNISJA U L-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISKEJJEL INDIPENDENTI

January 8, 2021 at 5:27 pm

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-GVERN, IL-MALTA UNION OF TEACHERS, IS-SEGRETARJAT GĦALL-EDUKAZZJONI NISRANIJA, L-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISKEJJEL TAL-KNISJA U L-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISKEJJEL INDIPENDENTI

Aktar kmieni llum saret laqgħa oħra bejn il-Prim Ministru, il-Ministru għall-Edukazzjoni u s-Segretarju Permanenti, flimkien mal-Malta Union of Teachers, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti. Matul il-laqgħa saret preżentazzjoni tas-sitwazzjoni tal-pandemija u l-effett fuq l-iskejjel mill-Professur Charmaine Gauci, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Intalbet ukoll l-assistenza ta’ Dr Vincent Marmarà sabiex il-partijiet ikollhom […]

read more »