info@mut.org.mt   21237815 / 21222663

Category Archives: Ministry

Dettalji dwar is-sitwazzjoni wara l-laqgħa li saret ilbieraħ f’Kastilja – konferma li l-MUT għandha raġun

January 8, 2021 at 9:03 am

Dettalji dwar is-sitwazzjoni wara l-laqgħa li saret ilbieraħ f’Kastilja – konferma li l-MUT għandha raġun

Matul il-laqgħa li saret ilbiereħ ġiet ikkonfermata li teżisti komunikazzjoni, mibgħuta minn uffiċjal għoli fl-awtorità tas-saħħa, dwar il-pożizzjoni tal-ftuħ tal-iskejjel. Dan kien ikkonfermat fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-iskejjel tal-knisja u rappreżentanti tal-iskejjel indipendenti li attendew il-laqgħa. Din il-konferma wasslet sabiex saret talba lill-gvern biex issir analiżi u preżentazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-kontenut ta’ din il-komunikazzjoni fejn l-MUT, […]

read more »
Laqgħa inkonklussiva – id-diskussjoni tkompli l-Ġimgħa filgħodu

January 7, 2021 at 8:20 pm

Laqgħa inkonklussiva – id-diskussjoni tkompli l-Ġimgħa filgħodu

L-MUT illum ġiet imsejħa għal laqgħa tard waranofsinhar f’Kastilja mal-Prim Ministru, il-Ministru tal-Edukazzjoni, l-awtoritajiet tas-saħħa u rappreżentanti tal-Iskejjel tal-Knisja u Skejjel Indipendenti. Din il-laqgħa kienet inkonklussiva u d-diskussjonijiet ser ikomplu għada l-Ġimgħa 8 ta’ Jannar filgħodu. Għaldaqstant għada ser ikompli l-istrajk kif ġie mħabbar l-Erbgħa.

read more »
Żjarat tal-Ministru fl-iskejjel Għawdxin waqt strajk meqjusa bħala ġest ta’ intimidazzjoni fuq l-edukaturi

January 7, 2021 at 1:58 pm

Żjarat tal-Ministru fl-iskejjel Għawdxin waqt strajk meqjusa bħala ġest ta’ intimidazzjoni fuq l-edukaturi

L-MUT hi infurmata li l-Ministru tal-Edukazzjoni llum għamlet numru ta’ żjarat fl-iskejjel t’Għawdex u eżiġiet li tiltaqa’ mal-ftit staff li kien preżenti. Fuq il-midja soċjali tagħha hi rringrazzjat lill-għalliema dedikati li ltaqgħet magħhom. Filwaqt li hu ċar li din ma kienet xejn ħlief stunt għall-midja, huwa ċar ukoll li l-Ministru m’għandha l-ebda konsiderazzjoni għad-drittijiet tal-ħaddiema […]

read more »
L-MUT tiltaqa’ mal-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana

November 26, 2020 at 3:50 pm

L-MUT tiltaqa’ mal-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana

L-MUT illum iltaqgħet mal-Ministru għall-Edukazzjoni l-ġdid, l-Onor. Justyne Caruana, f’laqgħa kordjali online li nkludiet ukoll lis-Segretarju Permanenti. Apparti l-awguri, ġew diskussi numru ta’ sfidi li bħalissa l-edukaturi qed jiffaċċjaw f’sena mill-aktar partikolari u kif ukoll dawk li ser jiffaċċjaw fis-snin li ġejjin. L-MUT ddiskutiet ukoll numru ta’ prijoritajiet fit-tul, fosthom il-kriżi ta’ nuqqas ta’ edukaturi […]

read more »
L-MUT tawgura lill-Onor. Justyne Caruana u tirringrazzja lill-Onor. Owen Bonnici

November 21, 2020 at 7:46 pm

L-MUT tawgura lill-Onor. Justyne Caruana u tirringrazzja lill-Onor. Owen Bonnici

Hekk kif tħabbar li l-Onor. Justyne Caruana ser tinħatar Ministru għall-Edukazzjoni, l-MUT tixtieq tawgura lill-Onor. Caruana filwaqt li tħares ‘il quddiem għal ħidma fejjieda fil-qasam edukativ sabiex ikomplu jitħarsu u jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi u jkomplu joffru l-aqwa esperjenza edukattiva lill-istudenti. L-MUT tixtieq tirringrazzja formalment lill-Onor. Owen Bonnici, li sab mill-ewwel għadma iebsa fil-qasam edukattiv […]

read more »
Reazzjoni tal-MUT għad-diskorsi fil-Parlament dwar il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

November 4, 2020 at 12:22 pm

Reazzjoni tal-MUT għad-diskorsi fil-Parlament dwar il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

L-MUT tagħmel referenza għad-diskorsi fil-Parlament aktar kmieni llum relatati mal-estimi tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u qed tieħu xi spunti minnhom sabiex tagħti r-reazzjoni tagħha. L-MUT tieħu nota tax-xogħol li qiegħed isir mill-Ministeru u tieħu gost li proposti tagħha qegħdin jiġu attwati, fosthom l-ewwel skola virtwali, li ħarġet mid-diskussjonijiet estensivi li saru, u l-ħlas waqt it-teaching […]

read more »
Additional holiday as announced in budget

October 30, 2020 at 12:16 pm

Additional holiday as announced in budget

The MUT has made requests with employers and is currently discussing the allocation in the respective school calendars of the additional holiday to compensate for holidays falling during weekends as announced in the last budget. Details shall be provided in the coming days.

read more »
L-MUT titlob miżuri aktar effettivi fl-iskejjel

October 16, 2020 at 6:54 pm

L-MUT titlob miżuri aktar effettivi fl-iskejjel

Waqt laqgħa oħra li ntalbet kmieni din il-ġimgħa mill-MUT u li saret illum waranofsinhar mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-MUT iddiskutiet il-feedback li qed ikollha dwar il-proċeduri meħuda fl-iskejjel, kemm dawk ta’ protezzjoni u kif ukoll dawk li jinvolvu l-azzjonijiet meħuda meta jinstab każ pożittiv tal-COVID-19. Fost l-oħrajn l-MUT reġgħet sostniet it-talbiet […]

read more »
Żviluppi dwar l-ultimatum li l-MUT tat lill-gvern

October 16, 2020 at 6:53 pm

Żviluppi dwar l-ultimatum li l-MUT tat lill-gvern

Fid-dawl tal-ultimatum li tat l-MUT li skada lbieraħ, l-MUT tinnota li f’komunikazzjoni diretta li kien hemm mill-gvern mal-MUT ġie kkonfermat li ser ikun hemm miżuri mħabbra fis-sigħat li ġejjin. Għaldaqstant l-MUT ser tkun qiegħda ssegwi t-tħabbira ta’ dawn il-miżuri ta’ mitigazzjoni u nfurzar fil-jiem li ġejjin u ser tirreaġixxi għalihom skont il-każ. Sadattant l-MUT terġa’ […]

read more »