info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-ftuħ tal-iskejjel

September 24, 2020 at 9:42 am

Aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-ftuħ tal-iskejjel

Wara li l-bieraħ bħala MUT iddikjarajna li fallew id-diskussjonijiet bejn l-MUT u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-MUT laqqgħet il-Kunsill tagħha. Immedjatament wara, uffiċjali tal-MUT kellhom laqgħa Kastilja mal-Prim Ministru, l-Ministru għall-Edukazzjoni u uffiċjali għolja oħra tal-gvern. Din il-laqgħa kienet inkonklussiva u għaldaqstant l-MUT ser tkompli għaddejja llum bid-diskussjonijiet, inkluż laqgħa oħra tal-Kunsill tagħħha illum tard waranofsinhar.

L-MUT tifhem l-urġenza għal ċertezzi u qiegħda tagħmel dak kollu possibbli f’dan l-istadju delikat. Kif ikun hemm aktar informazzjoni ser inħabbruha immedjatament. Infakkru lil kulħadd li dan qed nagħmluh sabiex nipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, tat-tfal u ta’ kulħadd.

Comments are closed.