info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Aġġornament rigward il-laqgħat dwar il-ftuħ tal-iskejjel

September 18, 2020 at 5:40 pm

Aġġornament rigward il-laqgħat dwar il-ftuħ tal-iskejjel

L-MUT ilbieraħ talbet laqgħa urġenti mal-Ministeru sabiex f’24 siegħa jitlaqqa’ l-working group li kien inħoloq meta għalqu l-iskejjel f’Marzu li għadda. Din il-laqgħa saret illum waranofsinhar, fejn l-MUT esprimiet il-punti tal-edukaturi b’mod ċar. Bin-numri ta’ każijiet li hawn fil-pajjiż u bil-miżuri li aktar qajmu mistoqsijiet milli wieġbu, ir-riskji fuq is-saħħa u s-sigurtà għadhom kbar. Nixtiequ li nidħlu lura fl-iskejjel kemm jista’ jkun malajr imma bil-miżuri kollha f’posthom li jipprevjenu żieda fit-tixrid tal-virus u/jew allaħares qatt ikollna xi vittma minnħabba dan. Il-laqgħat mal-Ministeru u ma’ min jimpjega ser ikomplu u issa nisperaw li l-awtoritajiet jieħdu d-deċiżjonijiet korretti u responsabbli li hemm bżonn għas-settur tant għażiż tagħna u għall-pajjiż kollu.

Sadattant nassigurawkom li aħna qegħdin fuq ix-xwiek daqs l-edukaturi kollha u qed nagħmlu li nistgħu sabiex ikollna triq ċara ‘l quddiem kemm jista’ jkun malajr. Nifhmu li hemm ħafna preparamenti ta’ lezzjonijiet, adattamenti u loġistika xi ssir, però apprezzaw li dan jiddependi wkoll minn ħafna fatturi li l-MUT m’għandhiex kontroll fuqhom. Aktar informazzjoni noħorġuha hekk kif ikun hemm xi żviluppi.

Comments are closed.