info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Ftehim għal-LSEs biss?

March 10, 2023 at 12:21 pm

Ftehim għal-LSEs biss?

Diversi membri tal-MUT qed jibagħtu informazzjoni li rċevew permezz ta’ chats u komunikazzjonijiet oħra li l-UPE qed iwiegħed ftehim separat għal-LSEs. Filwaqt li qed jagħti informazzjoni qarrieqa li l-UPE involuta f’xi negozjati, meta mhux il-każ, l-MUT tixtieq tiċċara xi jkun ifisser jekk il-grad tal-LSEs ma jibqax parti mill-Ftehim Settorjali:

  1. Ifisser li s-sitt gradi li jibqgħu parti mill-ftehim jistgħu jinnegozjaw ftehim favorevoli mingħajr ma jagħtu kas ta’ dak il-grad li ma jkunx għadu parti mill-ftehim.
  2. Ifisser li parti mix-xogħol li bħalissa hu ta’ dawn is-sitt gradi jista’ jintefa’ fuq il-grad li jkun telaq u jaffettwah b’mod negattiv, mingħajr ma l-grad li telaq ikun parti mid-diskussjoni.
  3. Ifisser li l-pakkett finanzjarju għall-gradi li jibqgħu jista’ jitjieb għax ikollok inqas gradi u impjegati ma’ min taqsam iż-żieda li tingħata.
  4. Ifisser li minħabba li s-saħħa tinsab fin-numri, il-grad li telaq ma jirnexxilux jikseb titjib fil-kundizzjonijiet u salarji aħjar.
  5. Ifisser li l-gradi li jibqgħu fil-ftehim jistgħu jkollhom direttivi kontra dawk li ma jkunux baqgħu, u jkunu iżjed b’saħħithom minħabba n-numri.
  6. Ifisser li filwaqt li s-saħħa ta’ dawk li baqgħu fil-ftehim qajla tiġi affettwata, dawk li telqu jkunu f’minoranza assoluta, b’ħafna anqas saħħa li jiksbu titjib fil-finanzi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
  7. Ifisser iżolament għall-grad li jkun f’minoranza assoluta u nuqqas ta’ protezzjoni, li jwasslu għal sitwazzjonijiet aktar diffiċli fuq il-post tax-xogħol.

L-MUT dejjem ħarset lejn is-settur bħala wieħed u l-edukaturi għandhom jopponu bl-akbar saħħa lil min irid jaqsam is-settur għall-pika u l-interessi personali tiegħu u għad-detriment tal-LSEs.

Comments are closed.