info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tiltaqa’ mal-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana

November 26, 2020 at 3:50 pm

L-MUT tiltaqa’ mal-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana

L-MUT illum iltaqgħet mal-Ministru għall-Edukazzjoni l-ġdid, l-Onor. Justyne Caruana, f’laqgħa kordjali online li nkludiet ukoll lis-Segretarju Permanenti. Apparti l-awguri, ġew diskussi numru ta’ sfidi li bħalissa l-edukaturi qed jiffaċċjaw f’sena mill-aktar partikolari u kif ukoll dawk li ser jiffaċċjaw fis-snin li ġejjin. L-MUT ddiskutiet ukoll numru ta’ prijoritajiet fit-tul, fosthom il-kriżi ta’ nuqqas ta’ edukaturi li hija waħda mill-kawżi prinċipali ta’ problemi oħra fis-settur. L-MUT tistenna b’ħerqa li tkompli bid-diskussjoni u l-ħidma mal-Ministeru l-ġdid għall-benefiċċju tal-edukaturi, l-istudenti u s-soċjetà.

Comments are closed.