info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Kors tal-MLI għal-LSEs rikonoxxut

February 13, 2020 at 2:19 pm

Kors tal-MLI għal-LSEs rikonoxxut

Rigward il-korrispondenza li l-MUT qiegħda fiha mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u mal-Malta Leadership Institute (MLI) dwar l-issue tal-kors għal-LSEs, l-MUT tista’ tikkonferma li dal-kors ser jiġi aċċettat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni meta jkun hemm is-sejħa. L-MUT tilqa’ din l-aħbar li għandha sserraħ moħħ l-istudenti li qed jagħmlu l-kors.

Madankollu, l-MUT xorta turi t-tħassib tagħha rigward in-nuqqas ta’ struttura interna fil-Ministeru dwar dawn it-tip ta’ issues. Dan għaliex mingħajr tali struttura qed ikun hemm ambigwitajiet dwar liema korsijiet huma aċċettati u liema le, speċjalment meta niftakru li l-livell mogħti mill-NCFHE m’huwiex biżżejjed sabiex awtomatikament jiġi meqjus validu għal sejħa jew grad. L-għan tal-MUT, għaldaqstant, m’huwiex li tissolva l-issue dwar dan il-kors biss imma anki dwar oħrajn futuri li jistgħu jinħolqu. B’hekk biss LSEs u edukaturi oħra li jitħajru jagħmlu kors ikunu jafu ċar u tond liema huma dawk il-korsijiet li jiġu aċċettati meta japplikaw għal sejħa, grad jew biex jieħdu Qualifications Allowance.

Comments are closed.