info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Press Release: The MUT registers industrial dispute with the Naxxar Higher Secondary

May 25, 2016 at 10:46 am

Press Release: The MUT registers industrial dispute with the Naxxar Higher Secondary

The Malta Union of Teachers (MUT) today declared an industrial dispute with the Giovanni Curmi Higher Secondary School in Naxxar and issued a directive to its members not to attend the “Open Day” being organized by the School Headmaster.

The original text of the Press Release (in Maltese) can be read here:

L-MUT tordna Tilwima Industrijali fil-Higher Secondary tan-Naxxar

Il-Malta Union of Teachers (MUT) ordnat tilwima industrijali fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School tan-Naxxar u tat direttiva lill-membri tagħha biex ma jattendux l-“Open Day” li qed tiġi organizzata mis-Surmast tal-Iskola. Din l-“Open Day” kienet diġà saret is-sena l-oħra u spiċċat ħolqot ħafna tensjonijiet u nkwiet bejn edukaturi diversi minħabba li din is-suppost “Open Day” spiċċat monti tas-suġġetti akademiċi u kompetizzjoni bejn dipartimenti differenti minflok, kif isir f’kull istituzzjoni serja, showcase tax-xogħol li qed tagħmel l-iskola u l-edukaturi tagħha.

It-tilwima kellha tiġi ordnata wara li s-Surmast tal-istess skola, għat-tieni sena konsekuttiva, impona fuq l-amministraturi u l-edukaturi kollha tal-iskola, bla ebda konsultazzjoni u wisq inqas kunsens, biex jattendu din l-“Open Day” tard filgħaxija. Is-Surmast ta’ din l-iskola injora mhux biss l-appelli tal-Union biex dan ilaqqa’ lill-istaff, issir diskussjoni u tittieħed deċiżjoni demokratika, iżda injora wkoll ordni tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi u tal-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jagħmel propju dak li appellat il-Union. Dan minkejja l-fatt li ħafna edukaturi lesti li jmorru jagħtu sehemhom għall-“Open Day” imma mhux lesti jaċċettaw dittatorjat fl-iskola tagħhom, liema dittatorjat qed jiġi manifestat fuq diversi deċiżjonijiet oħra meħuda mill-istess Surmast, li l-ewwel jiddeċiedi, imbagħad jippubblika d-deċiżjoni, imbagħad taparsi jikkonsulta wara li kollox ikun lest.

Minkejja li dan is-Surmast kellu diversi ġimgħat ċans biex ilaqqa’ lill-istaff tiegħu, minflok beda jiżra d-dubji u l-inċertezzi billi b’mod sottili jhedded lin-nies b’redundancies jekk ma jmorrux biżżejjed studenti, ipoġġi taħt pressjoni edukaturi żgħar fl-anzjanità u fl-eta, u joffri anke somom ta’ flus mill-fondi tal-iskola lil persuni diversi biex ikopru l-ispejjeż li jistgħu jagħmlu jekk jinjoraw id-direttiva tal-Union u jattendu xorta. Ħafna edukaturi ta’ din l-iskola li tkellmu b’mod apert mal-Uffiċjali tal-Union esprimew għadab u dieqa għall-mod kif qed jiġu ttrattati minn dan is-Surmast, li donnu m’għandux idea ta’ kif taħdem edukazzjoni demokratika, iżda minflok juża tattiċi ta’ ifred u saltan. Iktar minn hekk, dan is-Surmast li dal-weekend mar għand il-Ministru nnifsu biex minn għalih il-Ministru jsiblu xi formula maġika li biha jsolvi t-tbażwira li għamel, ġie jaqa’ u jqum mill-fatt li d-Direttur Ġenerali talab għal laqgħa konċiljatorja mal-Union u minflok mar fuq diversi programmi televizivi qisu qatt ma kien xejn u jibgħat korrespondenza lill-edukaturi tiegħu biex javżahom fuq liema programmi se jidher.

Għaldaqstant l-MUT qed titlob lill-Ministeru tal-Edukazzjoni jinvestiga l-mod ta’ kif dan is-Surmast qed imexxi din l-iskola u lill-edukaturi ta’ taħtu, kif ukoll qed titlob lill-Ministeru biex jinvestiga jekk kienx hemm abbuz ta’ pożizzjoni meta l-istess Surmast talab li jitneħħa l-warrant ta’ għalliema wara li din ħadet inizjattiva biex tbiddel mistoqsija f’class-based test li kienet se tippreżenta diffikultà lill-istudenti, liema każ ġie mormi ‘l barra mill-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema u sewa madwar €3000 fi spejjeż inutli.

Comments are closed.