info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Tinfaqa’ l-bużżieqa tal-UPE dwar ir-rikonoxximent tal-LSEs fl-iskejjel tal-Istat – UPE titlef il-każ quddiem it-Tribunal Industrijali

June 20, 2023 at 12:55 pm

Tinfaqa’ l-bużżieqa tal-UPE dwar ir-rikonoxximent tal-LSEs fl-iskejjel tal-Istat – UPE titlef il-każ quddiem it-Tribunal Industrijali

L-MUT tilqa’ d-deċiżjoni tat-tribunal industrijali, li ċaħad it-talba tal-UPE li tingħata rikonoxximent tal-LSEs li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat. L-MUT irrappurtat kemm-il darba l-informazzjoni qarrieqa li kienet qed tinxtered, li l-UPE qed tinnegozja l-ftehim settorali l-ġdid għal-LSEs fl-iskejjel tal-Istat. Saħansitra ftit tas-sigħat ilu l-istess UPE laqqgħet grupp ta’ LSEs u baqgħet issostni li hi ser tirrappreżentahom, u mhux l-MUT. L-UPE tant kienet ċerta dwar dan li għamlet numru ta’ żjarat barra mill-iskejjel fl-aħħar jiem biex issostni r-rappreżentanza tagħha tal-LSEs. Iżda issa l-bużżieqa li nefħet b’tant arja, infaqgħet. Bħalma għamlet minn Diċembru li għadda, din il-ġimgħa l-MUT ser tkompli bin-negozjati mal-Gvern u l-Ministeru tal-Edukazzjoni għal ftehim ġdid għal-LSEs u l-edukaturi kollha.

Comments are closed.