info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Reviżjoni tat-timetables tal-Iskejjel Medji u s-Sekondarji tal-Istat

September 9, 2020 at 2:51 pm

Reviżjoni tat-timetables tal-Iskejjel Medji u s-Sekondarji tal-Istat

Illum il-Kunsill tal-MUT kellu laqgħa mal-Ministeru għall-Edukazzjoni fejn ġie ppreżentat il-mudell tat-timetables li qed jiġi propost għall-iskejjel medji u dawk sekondarji. Din hi reazzjoni inizzjali tal-MUT dwar dan.

Il-prijorità hi s-saħħa u s-sigurtà ta’ kull edukatur u student. Dan irid jieħu prijorità f’dan iż-żmien partikolari. It-timetable proposta tagħmel dan billi:

– l-istudenti jibqgħu fl-istess klassi u mhux jimxu minn klassi għal oħra;
– il-break ma jkunx wieħed iżda jkollok numru ta’ breaks għal gruppi differenti;
– tibdil fil-mudell tas-sets (tracks) sabiex jiċkien il-grupp ta’ studenti u edukaturi li jkollhom kuntatt bejniethom;
– tibdil fin-numru ta’ lezzjonijiet tas-suġġetti tal-options u suġġetti oħra.

Filwaqt li l-MUT tħoss li tali tibdil għandu implikazzjonijiet, partikolarment fuq dak li jiġi mgħallem u kif ser jiġi mgħallem, il-union ser tkun qed tisma’ r-reazzjonijiet għal proposti fil-laqgħat li għandha skedati mal-membri din il-ġimgħa u l-gimgħa d-dieħla. F’dan l-istadju l-MUT tħoss li għandha tevalwa aktar it-tibdil propost fid-dawl tar-reazzjonijiet u suġġerimenti li ser ikun hemm mill-membri.

Comments are closed.