info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Referenza għal spezzjonijiet fl-Att Dwar l-Edukazzjoni – kjarifika

November 5, 2019 at 12:32 pm

Referenza għal spezzjonijiet fl-Att Dwar l-Edukazzjoni – kjarifika

L-MUT tinforma lill-membri li mhijiex ser tkun qed taċċetta skrutinju ġdid fuq l-edukaturi. Dak li l-MUT dejjem sostniet, u li qiegħed jiġi kkwotat fil-liġi l-ġdida, ma jbiddel xejn mill-prattika eżistenti fejn l-ispezzjonijiet fil-postijiet tax-xogħol diġà jsiru u mhuwa ser jibdel xejn f’dan is-sens. Din il-klawsola fil-liġi fil-fatt ilha teżisti mill-2006. Permezz tar-reviews, il-Quality Assurance fis-settur edukattiv hija prattika li ilha titħaddem is-snin u li tevalwa l-proċess edukattiv sabiex tipprovdi lok għal titjib professjonali.

Tajjeb li ngħidu li l-MUT dejjem sostniet li kull min jidħol fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet edukattivi għandu jkollu background edukattiv flimkien mal-approvazzjoni meħtieġa. Tajjeb li nfakkru wkoll li meta kien ġie propost u kienet ser tiddaħħal prattika ġdida li daħlet f’ħafna postijiet tax-xogħol oħra fis-servizz pubbliku, jiġifieri dik tal-mystery shopper, l-MUT oġġezzjonat bil-qawwa kollha u din ma daħlitx fis-settur edukattiv. L-MUT tibqa’ taħdem f’dan is-sens sabiex tiddefendi lill-edukaturi fejn hemm bżonn.

Comments are closed.